B'niket u dispjaċir kbir inħabbru t-telfa ta' Raymond - Ex membru fil-Kumitat Ċentrali

Soċjeta Mużikali Peace A.D. 1862 - Naxxar

Dalgħodu qomna b’aħbar xejn sabiħa -  b’niket u dispjaċir kbir inħabbru t-telfa ta’ Raymond Chetcuti, bniedem kwiet u leali f’dak kollu li kien jagħmel: fil-familja, fuq il-post tax-xogħol, kif ukoll fi ħdan is-Soċjetà Mużikali Peace, Naxxar.

Raymond huwa ex-membru fil-Kumitat, raġel tal-Kaxxiera tas-Soċjeta', Mariella Chetcuti u missier Gayle u Keith li huma membri attivi fis-Soċjeta' u ex mużiċisti. Raymond kien raġel eżemplari u persuna ġentili ta’ rġulija kbira, li dejjem wera d-disponibbiltà tiegħu minn qalbu lejn is-Soċjetà.

Kondoljanzi mill-qalb lill-familja kollha, u grazzi ta’ kollox, Ray.

Strieħ fis-sliem, Ray. Marija Bambina tilqgħek fi ħdanha.

Agħtih, O Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem.

L-aħħar aġġornament sar nhar: Il-Ħamis, 13 ta’ Awwissu 2026


Aħbarijiet Riċenti

Tagħlim tal-Mużika mall-Banda Peace

Għafas fuq il-buttuna t'hawn taħt sabiex tirreġistra għal tagħlim tal-mużika professjonali minngħajr ħlas.

Wara li tirreġistra, s-Soċjeta' Mużikali Peace ser tikkuntatjak fuq id-dettalji li tkun għadek kemm irreġistrajt bihom.

Ħajr lil

Segwijna fuq Facebook

Segwijna fuq Spotify