Gallery Album: Il-Proġett tal-Faċċata jitkompla

Id-disinn sar minn Edward Azzopardi, ix-xogħol fl-irħam sar mill-marmista Naxxari Abram Bellia li ħa ħsieb ukoll it-tqgħeid, xogħol fit-tafal u forom saru minn Emmanuel Fenech, filwaqt li l-proċess tal-bronż sar mill-Funderija Artistika Chetcuti. Il-benefatturi ta' din l-irħama huma l-familji Sammut u Pavia. L-irħam użat huwa Bianco Carrara u Verde Guatemala. Palazzo Vittoria kienet ir-residenza privata tal-Markiż Vincenzo Bugeja, li kien il-president fundatur tal-Banda 'Melita' fl-1862, illum magħrufa bħala l-Peace Band Club. Fuq din l-irħama hemm ukoll il-ħamiema, simbolu tal-Paċi u tal-Banda, u l-arma tan-Naxxar, interzjata fl-irħam. Il-kuruna hija dik li tintuża minn Markiż, b'konnessjoni mal-Markiż Bugeja. Il-Banda daħlet f'dan il-lokal fl-1917 u sar proprjeta assoluta fl-1962.
Ritratti [ 38 ]

Ħajr lill-Edward Azzopardi tar-ritratti.

Aħbarijiet Riċenti

Kalendarju tax-Xahar

  • June 2025
    SunMonTueWedThuFriSat
    25262728293031
    1234567
    891011121314
    15161718192021
    22232425262728
    293012345

Mill-Arkivji

Ħajr lil

Segwijna fuq Facebook

Segwijna fuq Spotify

Tagħlim tal-Mużika mall-Banda Peace

Għafas fuq il-buttuna t'hawn taħt sabiex tirreġistra għal tagħlim tal-mużika professjonali minngħajr ħlas.

Wara li tirreġistra, s-Soċjeta' Mużikali Peace ser tikkuntatjak fuq id-dettalji li tkun għadek kemm irreġistrajt bihom.