Aħbarijiet riċenti

[341-345] minn 496 artikli
<
>

It-Tielet Sibt tal-Bambina

Nhar is-Sibt 23 ta' Lulju huwa propju t-Tielet Sibt tal-Festa ghaziza taghna n-Naxxarin, il-festa tal-Bambina. Nixtiequ nheggu lin-Naxxarin kollha specjalment lill-partitarji taghna sabiex ittellghu l-bnadar blu u bojod u jixghelu t-tubi u globi blu sabiex naghtu bidu ghal Festa 2016. Dan il-jum xtaqt niddedikah fuq il-Plancier tas-Socjeta' li propju sentejn ilu ghalaq is-60 sena anniverarju. Fil-poster ta' dan is-Sibt insibu 4 ritratti fejn l-eqdem wiehed jihodna lura fis-sena 1949 meta l-Banda  kienet spiccat iddoqq fejn il-plancier l-antik (tal-arkati). Illum insibu bicca minn dawn il-wirt storiku gewwa l-Muzew tal-kazin. Il-Plancier l-antik lejn l-ahhar kien jintrama' pero l-Banda kienet iddoqq hdejh ghaliex kien zghir wisq biex jesa' l-Banda kollha. Fit-tieni u t-tielet ritratt jiehduna lura fis-sena 1954 meta zzanzan ghal l-ewwel darba l-placier prezenti. Il-Plancier kien propju nnawgurat nhar il-Hadd, 6 ta' Settembru 1954. L-ahhar ritratt jihodna lura biss sena fejn juri il-Banda Peace ddoqq Program Muzikali fuq il-Plancier li ghadhu jitgawda u jpaxxi l-ghajnejn sal-llum il-gurnata. Il-Banda Peace ddoqq fuqu fl-Lejliet il-Festa waqt il-Programm Muzikali tant mistenni minn kulhadd u f'jum il-Festa fejn takkumpanja d-dhul tal-istatwa titulari ta' Marija Bambina.

It-Tieni Sibt tal-Bambina

 Nhar is-Sibt 16 ta' Lulju huwa propju t-tieni Sibt tal-Bambina u ghalhekk nixtiequ nheggu lin-Naxxarin kollha specjalment lill-Partitarji taghna sabiex ittellghu l-bnadar taghhom u jixghelu t-tubi blu sabiex naghtu bidu ghal Festa 2016. Dan is-Sibt nixtieq niddedikah ghal armar kollhu tas-Socjeta'.

Souvenir 'Cushion' bi xbieha ta' Marija Bambina

Il-Kummissjoni Zghazagh qieghdin johorgu 'Souvenir' cushion bi xbieha ta' Marija Bambina fl-okkazzjoni tal-Festa 2016. Ghalhekk dawk interessati li jkollom wahda minn din il-kollezzjoni ghandhom jibbukjaw wahda sal-Hadd 31 ta' Lulju minn-OTTO Clubhouse jew minnghand il-membri tal-istess Kummissjoni. Il-prezz huwa ta' €15. Grazzi hafna.

L-Ewwel Sibt tal-Bambina

Illum is-Sibt 9 ta' Lulju huwa propju l-Ewwel Sibt tal-Bambina. Daqs xahrejn ohra l-banda Peace b'unur u privilegg kbir ser tkun qieghda takkumpanja lill-istatwa titulari ta' Marija Bambina mat-toroq Naxxarin. Nheggu lin-Naxxarin kollha specjalment lill-partitarji taghna sabiex ittellghu l-bnadar taghhom mal-arbli! VIVA MARIJA BAMBINA!

Jum l-Omm it-Tajjeb lill Ommijiet kollha

F'isem il-Kumitat u l-Kummissjonijiet ta' din is-Socjeta', nixtiequ nawguraw jum l-Omm it-Tajjeb lil kulhadd specjalment lill-membri u s-socji ta' din is-Socjeta'. Il-jum it-Tajjeb lil kulhadd!

 

L-Abozzi tal-Armar tad-drapp tas-Soċjeta' - Ħidma u Dedikazzjoni kontinwa

Hekk kif forsi stajtu tinnutaw, din il-gimgha gew mwahhla zewg xoghlijiet godda gewwa l-OTTO Clubhouse. Dawn huma abbozzi tal-armar tad-drapp li jintrama fil-Festa. Dan ix-xoghol dettaljat sar mis-Sur Edward Azzopardi, membru attiv tas-Socjeta’ taghna. Id-disinn ta' dawn l-abbozzi huwa kollu maqtugh fil-karti ta' kulur isfar. Wara gew sfumati u mwahhla fuq pannu ahmar u blu.

 

 

[341-345] minn 496 artikli
<
>
 

Aħbarijiet Riċenti

Tagħlim tal-Mużika mall-Banda Peace

Għafas fuq il-buttuna t'hawn taħt sabiex tirreġistra għal tagħlim tal-mużika professjonali minngħajr ħlas.

Wara li tirreġistra, s-Soċjeta' Mużikali Peace ser tikkuntatjak fuq id-dettalji li tkun għadek kemm irreġistrajt bihom.

Ħajr lil

Segwijna fuq Facebook

Segwijna fuq Spotify