Nhar is-Sibt 16 ta' Lulju huwa propju t-tieni Sibt tal-Bambina u ghalhekk nixtiequ nheggu lin-Naxxarin kollha specjalment lill-Partitarji taghna sabiex ittellghu l-bnadar taghhom u jixghelu t-tubi blu sabiex naghtu bidu ghal Festa 2016. Dan is-Sibt nixtieq niddedikah ghal armar kollhu tas-Socjeta'.
Fis-sena 1995, giet innawgurata ghal l-ewwel darba l-Bandiera tal-Festa bil-pittura tal-kazin li giet iddisinjata mill-artist Victor Buhagiar.
Fil-granet tal-Festa, propju fil-5 ta' Settembru jintrama' d-drapp tal-Pavaljuni u s-sett ta' Bandalori fit-Triq Labour Avenue. Is-sett ta' Pavaljuni li jintramaw f-Labour Avenue huma dissinn ta' Salvu Bugeja u nistghu nghidu li huma wiehed mill-akbar sett ta' Pavaljuni li nsibu f'Pajjizna. L-istess artist ddisinja is-sett ta' Bandalori li nsibu f'Labour Avenue. Il-Pittura kienet mpittra mill-artist Victor Gauci. Dan is-sett gie mzanzan ghal l-ewwel darba mis-Socjeta' Muzikali Peace fis-sena 1998.
Fis-sena 2002 il-Kummissjoni Zghazagh innawgurat ghal l-ewwel darba l-imrewha tal-kazin li tkun armata quddiem il-kazin matul il-Festa kollha u ghadha tittella' sal-llum il-gurnata sal-pjazza matul il-marc il-kbir li jafu jaghmlu l-partitarji taghna. Id-dissinn, sfumar u hjata saru kollha mill-artist Mario Cini. Tajjeb li nsemmu' li din l-imrewha hija wahda mill-ftit jew l-unika wahda li nsibu f'Pajjizna li tidher miz-zewg nahat.
Fis-sena 2009, il-Kummissjoni Zghazagh hassew il-htiega li ghal sena ohra ninawguraw sorpriza ohra unika f'pajjizna - il-Fjura bil-pittura bi xbieha ta' Marija Bambina. Din il-meravilja giet ddisinjata mill-artist Louis Bugeja li kien membru habriki fis-Socjeta' u giet mpittra mill-artist Manuel Farrugia li llum il-gurnata zgur li m'ghandux ghalfejn l-ebda ntroduzzjoni. Tajjeb li nsemmu li din is-sorpriza ghal l-ewwel darba giet akkumpanjata matul il-marc brijjuz kollhu li l-Banda taghna taghmel fejn numru kbir ta' Partitarji ngabbru kollha flimkien matul il-marc qabel id-dhul tal-Brijju fil-Pjazza. Ghafsu fuq din il-link sabiex taraw zewg links tal-Ftuh ta' din is-sorpriza li propju saret nhar il-5 ta' Settembru tas-sena 2009 fil-pjazza fost brijju kbir mill-Partitarji qalbiena taghna.Video 1: https://www.youtube.com/watch?v=9tmb0PXt41I Video 2: https://www.youtube.com/watch?v=M5-SOwQL8pI
L-ahhar meravilja sal-llum il-gurnata propju giet innawgurata fil-5 ta' Settembru waqt il-marc il-kbir tal-partitarji taghna wara l-Feature fis-sena 2014. Din il-bandiera kienet inizjattiva tal-Kummissjoni Zghazagh fejn giet iddisinjata mill-artist Manuel Grech. Il-Bandiera giet mehjuta mill-hajjati Vicky Muscat u Paul Scerri, sbihet bl-isfumar ta' Readrian Micallef u tkompliet tissebbah bl-xbieha ta' Marija Bambina xoghol ta' Kurt Friggieri. Il-Bandiera zzanznet ghal l-ewwel darba propju f'nhar il-Festa 8 ta' Settembru tas-sena 2014 filghodu.
Ghalhekk nixtieq naghlaq dan l-artiklu sabiex l-ewwel u qabel kollox nirringrazja lill-Kummissjoni Zghazagh tas-snin kollha li kienu fundamentali hafna sabiex ahna sal-llum il-gurnata ghadna ngawdu dawn il-MERAVILJI fil-FESTA taghna. Grazzi lill-artisti kollha li taw il-kontribut taghhom lejn is-Socjeta' taghna u ta' dan is-Socjeta' taghna tibqa grata.
#armarMERAVILJA
L-aħħar aġġornament sar nhar: Il-Ġimgħa, 15 ta’ Lulju 2016