Aħbarijiet riċenti

[326-330] minn 496 artikli
<
>

Pannu ġdid fl-Snooker professjonali tas-Soċjeta'

Ftit tal-jiem ilu kif forsi ħafna mid-dilettanti tal-snooker li jiffrekwentaw il-każin tagħna setaw jindunaw li l-mejda tal-snooker sar manutenzjoni fuq il-pannu tal-snooker billi nbidel. Il-logħba tal-isnooker fil-każin tagħna minn dejjem kienet mportanti u dejjem tgħajna mportanza f'din is-sala mill-isbaħ fejn hija armata minn kollox b'modd professjonali sabiex kull kompetitur ikun jista jieħu pjaċir jilgħab din il-loghba b'modd professjonali. Nħeġġeġ lill dawk kollha li jixtiequ jibdew jagħmlu użu minn dan l-snooker sabiex ikellmu lill-membri nkarigati mill-Kumitat Ċentrali. 

Nifirħu lill-membri tal-Kummissjoni Żgħażagħ li qiegħdin jieħdu ħsieb din is-sala tal-Snooker.

 

Aktar ritratti: http://bandapeacenaxxar.com/galleryitems.aspx?id=371

 

Ħajr lil AnnMarie Pavia għar ritratti.

Membri ġodda fil-Kummissjoni Żgħażagħ

Nhar il-Ħamis 19 ta' Ottubru ġew milqugħa żewġ membri ġodda sabiex jiffurmaw parti mill-Kummissjoni Żgħażagħ li hija waħda mill-pedamenti kbar ta' din is-Soċjeta' tant għal qalbna. Nixtiequ nilqgħu lil Gayle Chetcuti u lil Mikhail Grima bħala membri ġodda f'din il-Kummissjoni. F'isem il-Kumitat Ċentrali nawguraw lill dawn il-membri kull suċċess fil-ħidma tagħhom u l-kontribut tagħhom li ser jagħtu lis-Soċjeta' fiż-żmien ġejjieni. 

100 sena f'Palazzo Vittoria - 1917-2017 (13 ta'Ottubru)

It-13 ta’ Ottubru hu l-jum meta l-każin inxtara u sar propjetà assoluta tas-Soċjetà.Matul is-sena 2017 is-Soċjetà għażiża tagħna ħa tkun qed tiċċelebra l-ewwel ċentinarju minn meta daħlet fis-sede preżenti Palazzo Vittoria. Għalhekk, il-Kumitat flimkien mal-Kummissjonijiet fassal programm estensiv biex jitfakkar kif jixraq dan l-anniversarju prestiġjuż. Programm ta’ attivitajiet li ħa jibdew illum fejn qed inniedu wkoll il-logo ta’ dan ic-ċentinarju.

Pink October - Breast Cancer Awareness Month

Il-bierah 9 ta' Ottubru nxtelghet il-faccata tal-kazin b'dawl ta' kulur roza sabiex s-Socjeta' taghna tissaportja l-'Breast Cancer Awareness Month'. Nheggu lin-nisa kollha sabiex jaghmlu check ups regolati ta sidirhom.

Restawr ta' Bandiera tas-sena 1968

Din il bandiera tan-Nome di Maria, hija propjeta tal-każin tagħna fejn saret fl-1968 u inħadmet ġewwa l-Malta Drydogs flimkien mal-Bandiera l-antika tal-arma tal-każin li titla fuq l-arblu prinċipali fil-5 ta'Settembru. Il-bandiera kienet swiet Lm25. Din hija bandiera tas-suf ta' kwalita' tajba ħafna. Il-ħsara li kkawżat lil din l-bandiera saret fil-biċċa l-kbira taz-zkuk tal-ġilji li jinsabu jżejnu l-arma tal-Madonna. Dawn qegħdin fil-proċess li jinnbidlu kompletament ma drapp ġdid għax tgħerrew biż-żmien u l-elementi.

Xogħol Volontarju f'Dar Merħba Bik wara l-Festa 2016

Nhar l-Erbgha 21 ta' Settembru, numru ta' partitarji fi hdan is-Socjeta' Muzikali Peace, nnghaqdu flimkien sabiex imorru jaghmlu xoghol volontarjat fid-Dar Merhba Bik. F'isem il-Kumitat Centrali nixtieq nirringrazja lil dawk kollha li taw il-kontribut taghhom. Grazzi u Proset!!

[326-330] minn 496 artikli
<
>
 

Aħbarijiet Riċenti

Tagħlim tal-Mużika mall-Banda Peace

Għafas fuq il-buttuna t'hawn taħt sabiex tirreġistra għal tagħlim tal-mużika professjonali minngħajr ħlas.

Wara li tirreġistra, s-Soċjeta' Mużikali Peace ser tikkuntatjak fuq id-dettalji li tkun għadek kemm irreġistrajt bihom.

Ħajr lil

Segwijna fuq Facebook

Segwijna fuq Spotify