Niftakru f'ħutna l-mejtin kollha

Soċjeta Mużikali Peace A.D. 1862 - Naxxar

Hekk kif wasal f'Novembru ma jistax jonqosx li ma niftakrux f'ħutna l-mejtin tagħna fosthom il-bandisti, membri, benefatturi, u ħbieb ta' din is-Soċjeta' li sfortunatament ħallewna u marru ħdejn il-ħallieq. Fil-bidu ta' Novembru niċċelebraw żewġ festi li huma marbutin b'modd strett bejniethom, l-istess kif il-ferħ u d-dmugħ insibu f'Ġesu' għaqda li hija l-pedament tal-fidi u tat-tama tagħna. 

F'isem is-Soċjeta' Mużikali Peace nixtieq nsellmu l-memorja ta' dawk kollha li ħallewna u li kienu parti kbira fis-Soċjeta' tagħna, fosthom ex membri tal-Kumitat, ex bandisti, ex soċji u ħbieb. Nixtiequ nsellmu lill-familjari tagħhom u nirringrazjawom tal-kurraġġ li dejjem taw lill din is-Soċjeta'. 

 

Candle in the Wind (Elton John) - Diska ddedikata lill ħutna l-mejtin li ħallewna.

L-aħħar aġġornament sar nhar: Il-Ħamis, 3 ta’ Novembru 2016