Aħbarijiet riċenti

[211-215] minn 469 artikli
<
>

It-Tieni Sibt tal-Festa ta' Ommna Marija Bambina

Illum is-Sibt 13 ta' Lulju qiegħdin niċċelebraw it-Tieni Sibt tal-Festa għażiża tagħna ta' Ommna Marija Bambina. Għal dan is-Sibt ħassejt il-ħtieġa li naqsam magħkom ftit informazzjoni fuq il-Planċier tal-Banda Peace li din is-sena qiegħed jiċċelebra l-65 sena. Kien il-bidu tal-ħamsijiet tas-seklu li għadda. Il-Kumitat tas-Soċjeta' Mużikali Peace, ħass li l-planċier il-qadim (li kien inħadem fl-1895) sar żgħir għax il-banda kienet kibret. Għaldaqstant kien inħaseb li jsir planċier ġdid, ikbar, u f'għamla differenti minn dik kwadra, bħalma kien l-antik...

L-Ewwel Sibt tal-Festa ta' Ommna Marija Bambina

Illum is-Sibt 6 ta' Lulju huwa l-Ewwel Sibt tal-Festa ta' Ommna Marija Bambina. Din is-sena ftaħna s-Sibtijiet bi ftit strofi minn poeżija sabiħa li tfakkar l- inawgurazzjoni tal-armar artistiku tal-Faċċata Kollosali li ġiet imżanżna nhar it-3 ta' Settembru 2018. Faċċata Tridimensjonali...Għall-Festa Nazzjonali. 

Santi tal-Bizzilla fl-għeluq il-100 sena mill-Innu Popolari 'O Tfajla Mmakulata'

Is-Soċjeta' Mużikali Peace fl-għeluq il-100 sena mill-Innu Popolari 'O Tfajla Mmakulata' għamlet sett ta' Santi mill-isbaħ u tal-għola kwalita' bix-xbieha għażiża ta' Marija Bambina. Dawn is-santi ser ikunu għal bejgħ mill-Każin tas-Soċjeta' Mużikali Peace tan-Naxxar minn nhar is-Sibt 6 ta' Lulju fejn ser inkunu qiegħdin niċċelebraw llkoll flimkien l-Ewwel Sibt tal-Bambina. Is-santi l-kbar (21 x 11 cm) ser ikunu qiegħdin jinbiegħu għal prezz ta' €7.50 filwaqt li s-santi ż-żgħar (11 x 7 cm) ser ikunu qiegħdin jinbiegħu għal prezz ta' €3.50.

Servizzi Mużikali tas-Sajf 2019

Bħal kull sena l-Banda Peace tkun ferm impenjata b'mod speċjali fl-istaġun tas-Sajf fejn il-banda tiġi mistiedna sabiex idoqq f'bosta servizzi mużikali fil-Festi Maltin. 

 

Irreklama fil-Ktieb tal-Festa 2019

Tnedija tal-ktieb "In-NAXXAR"

Nhar it-Tlieta 21 ta' Mejju fis-Sala tal-Kunsill Lokali saret tnedija tal-ktieb "In-NAXXAR - stejjer, ġrajjiet u laqmijiet" mill-awtur storiku Naxxari s-Sur Paul Catania. Il-ktieb qiegħed jinbiegħ mill-ħwienet ewlenin tal-kotba, direttament mingħand is-Sur Catania jew mill-Uffiċċju tal-Kunsill għall-prezz baxx ta' €12.50. Prosit lis-Sur Paul Catania għax-xogħol kollu li jagħmel sabiex tiġi priservata l-istorja tan-Naxxar.

[211-215] minn 469 artikli
<
>
 
A Night At The Movies II - 22.11.2025 - BOOK TICKETS NOW
A Night At The Movies II - 22.11.2025

Aħbarijiet Riċenti

Tagħlim tal-Mużika mall-Banda Peace

Għafas fuq il-buttuna t'hawn taħt sabiex tirreġistra għal tagħlim tal-mużika professjonali minngħajr ħlas.

Wara li tirreġistra, s-Soċjeta' Mużikali Peace ser tikkuntatjak fuq id-dettalji li tkun għadek kemm irreġistrajt bihom.

Ħajr lil

Segwijna fuq Facebook

Segwijna fuq Spotify