Aħbarijiet riċenti

[201-205] minn 477 artikli
<
>

Hoodies għall-Bejgħ mis-Soċjeta' Mużikali Peace

Il-Kummissjoni Żgħażagħ fi ħdan is-Soċjeta' ser ikunu qiegħdin joħorġu sett ta' Hoodies ġodda għall-bejgħ. Kull minn huwa nteressat huwa ġentilment mitlub sabiex jordna l-hoodie mhux aktar tard minn nhar il-Ħadd 15 ta' Diċembru. Il-Hoodies qiegħdin jinbiegħu għal prezz ta' €20.

Reġistrazzjoni tas-Soċji 2020

Nixtiequ ninfurmawkom li minn nhar il-Ħadd, 1 ta' Diċembru ser jinfetħu r-reġistrazzjonijiet tas-Soċji għas sena 2020 ġewwa OTTO Clubhouse.

B’sogħba nħabbru l-mewt ta’ Angelo Deguara, ex-Bandist tal-Banda Peace

B’sogħba nħabbru l-mewt ta’ Angelo Deguara, ex-Bandist tal-Banda Peace, Soċju għal snin twal u missier Anthony – Membru tal-Kumitat, Direttur tal-Kummissjoni Żgħażagħ u Bandist. Anglu kien Naxxari u jħobb dak kollu marbut man-Naxxar, il-Festa u l-Banda tagħna, kif ukoll dilettant kbir tas-sengħa tal-barrieri, l-qtugħ tal-ġebel, il-metodi u l-għodod li kienu jintużaw fl-imgħoddi. Kellu kapaċità kbira biex jibni l-girna tradizzjonali Maltija.

Kun Parti mill-Istorja

Kun parti mill-Istorja. Kull min għandu ritratti antiki jew materjal ieħor marbut mas-Soċjetà Mużikali Peace jew man-Naxxar, huwa mitlub jikkuntattja lil xi Membru tal-Kumitat. Grazzi tal-Għajnuna!

Ingħaqdu mal-familja Żagħżugħa - 25 sena Kummissjoni Żgħażagħ

Il-Kummissjoni Żgħażagħ tixtieq tinforma lil dawk iż-żgħażagħ kollha bejn is-sittax u l-ħamsa u tletin sena sabiex jissieħbu f'din il-familja żagħżugħa tal-Kummissjoni Żgħażagħ. Nixtiequ ninfurmawkhom lis-Soċjeta' qiegħda tfittex żgħażagħ minn oqsma differenti sabiex jingħaqdu magħna ħalli llkoll flimkien nagħtu l-kontribut lill-Kummissjoni f'diversi attivitajiet u proġetti li ser isiru matul din is-sena. Is-Soċjeta' bħalissa qiegħda tilqa' l-applikazzjonijiet ta' dawk iż-żgħażagħ kollha li huma nteressati.

GRAZZI lil kull minn kien involut fil-Festa 2019

Il-Kumitat Ċentrali flimkien mall-Kummissjonijiet ta' din is-Soċjeta' jirringrazzjaw minn qalbhom lil dawk kollha li taw il-kontribut tagħhom f'din il-Festa b'xi mod jew ieħor.  Mingħajr l-appoġġ kontinwu tal-voluntiera, din is-Soċjeta ma tkunx tista twettaq l-għanijiet tagħha, għalhekk minn qalbna nirringrazzjawkom.

Fejn hemm l-għaqda hemm is-Saħħa. 

 

[201-205] minn 477 artikli
<
>
 

Aħbarijiet Riċenti

Tagħlim tal-Mużika mall-Banda Peace

Għafas fuq il-buttuna t'hawn taħt sabiex tirreġistra għal tagħlim tal-mużika professjonali minngħajr ħlas.

Wara li tirreġistra, s-Soċjeta' Mużikali Peace ser tikkuntatjak fuq id-dettalji li tkun għadek kemm irreġistrajt bihom.

Ħajr lil

Segwijna fuq Facebook

Segwijna fuq Spotify