Niċċelebraw flimkien it-Tieni Sibt tal-Festa ta' Marija Bambina

Soċjeta Mużikali Peace A.D. 1862 - Naxxar

Illum is-Sibt 18 ta' Lulju huwa t-Tieni Sibt tal-Festa ta' Ommna Marija Bambina. F'dan is-Sibt xtaqna naqsmu ftit strofi minn poeżija sabiħa li tfakkar l- inawgurazzjoni tal-armar artistiku tal-Faċċata Kollosali li ġiet imżanżna nhar it-3 ta' Settembru 2018.

Faċċata Tridimensjonali...Għall-Festa Nazzjonali. 

Wieqfa Dritta f'Nofs il-Pjazza - 3 ta' Settembru 2018

Binja rikka u majestuża
F'pjazza kbira ferm arjuża
B'storja antika tant glorjuża
Quddiem knisja wisq grandjuża

Snin ta' ħsieb u diskussjoni
Ħafna xogħol b'dedikazzjoni
Flimkien ħadna d-deċiżjoni
u dlonk bdiet l-ispirazzjoni

Ħlomna f'daqqa b'dal-proġett
ridnih minn ta' fuq nett
Għalhekk ħloqna dal-kunċett
Li żviluppa f'xogħol perfett

Faċċata ġdida nnovattiva
Idea kbira u kreattiva
Ħidma f'waqta progressiva
Minn Soċjeta' dejjem attiva

Ftit snin ilu sebbaħniha
B'statwa rikka żejjiniha
Din is-sena armajniha
B'libsa ġdida libbisniha

Ghandna żgur l-isbaħ kantata
U issa wkoll l-aqwa faċċata 
B'preċiżjoni ddisinjata 
b'sengħa kbira ġiet armata

O Bambina idħol għalina
Ibqa dejjem għix ġo fina
Ħu ħsieb lilna u mexxina
b'ħeġġa kbira kompli imlina

****

Ħarsa lura lejn dawk il-mumenti ta' emozzjonijiet sbieħ ta' nhar it-3 ta' Settembru waqt l-inawgurazzjoni tal-Faċċata Kollosali

 

Bħal ma nagħmlu kull sena, nħeġġukom sabiex itellaw l-bnadar fuq il-bjut tagħkom matul dawn id-disa' Sibtijiet li ġejjin li jwassluna għal Festa tant għażiża tagħna ta' Ommna Marija Bambina.

L-aħħar aġġornament sar nhar: Is-Sibt, 18 ta’ Lulju 2020