Aħbarijiet riċenti

[166-170] minn 469 artikli
<
>

Edizzjoni Speċjali tal-Ktieb tal-Festa 2020

Nixtiequ ninfurmawkom li tistgħu takkiwstaw kopja ta' madward 100 paġna l-edizzjoni speċjali tal-Ktieb tal-Festa ta' din is-sena 2020 minn OTTO Clubhouse.

Grazzi mill-qalb lil kull minn irreklama magħna f'dawn iż-żminijiet diffiċli.

Avviż tal-aħħar miżuri mħabbra mill-Awtoritajiet tas-Saħħa

Fid-dawl tal-aħħar miżuri mħabbra mill-Awtoritajiet tas-Saħħa, l-Kumitat javża li:

  1. Otto Clubhouse għandu liċenzja ta' restaurant u jista' jibqa' jipera skond id-direttivi maħruġa f'Ġunju 2020.
  2. Kull minn jidħol irid ikun liebes maskra sakemm ipoġġi bilqiegħda u terġa' tintliebes jekk ikunu ħa jintużaw il-faċilitajiet sanitarji jew joħorġu mis-sede tal-każin.
  3. Il-klijenti jiġu servuti biss mal-imwejjed u ħadd ma jista' jibqa madwar il-bar.

Dawn ir-regolamenti għandom jiġu mħarsa b'mod rigoruż.

Niċċelebraw flimkien is-Sitt Sibt tal-Festa ta' Marija Bambina

Illum is-Sibt 15 ta' Awwissu qiegħdin llkoll niċċelebraw il-Festa ta' Santa Marija kif ukoll is-sitt Sibt tal-Festa ta' Ommna Marija Bambina. Għalina n-Naxxarin, il-Festa hija ferm għażiża u għalhekk nixtiequ bħala Soċjeta' nħeġġu lil kulħadd b'mod speċjali lis-soċji, bandisti u ħbieb ta' din is-Soċjeta' sabiex itellgħu l-bnadar tagħhom u llejla jixgħelu l-globi u festuni blu. Il-kulur blu propju jfakkarna fit-twelid ta' Ommna Marija Bambina.

Niċċelebraw flimkien il-Ħames Sibt tal-Festa ta' Marija Bambina

Illum 8 ta' Awwissu, ninsabu biss xahar il-bogħod mill-Festa għażiża tagħna ta' Ommna Marija Bambina u għalkemm din is-sena ma aħniex ser niċċelebraw il-Festa b'mod normali, l-Festa tal-patruna tibqa fissa għat-8 ta' Settembru. Għalhekk ħassejna li propju f'dan is-Sibt naqsmu magħkom l-istorja rikka u misterjuża tal-istatwa titulari ta' Marija Bambina. 

 

Flokkijiet tal-Festa 2020 (on Order)

Din is-sena kellha tkun waħda speċjali għal Kummissjoni Żgħażagħ peress li qiegħda tiċċelebra l-25 sena mit-twaqqif tagħha u jekk Alla jrid li kien hemm pjanat isir 'l quddiem. 

 

Niċċelebraw flimkien ir-Raba' Sibt tal-Festa ta' Marija Bambina

Illum ninsabu fl-ewwel Sibt ta' Awwissu, u aktar kemm jgħaddi żmien, aktar qiegħdin noqorbu għal Festa għażiża tagħna ta' Ommna Marija Bambina. Illum qiegħdin llkoll flimkien niċċelebraw ir-Raba' Sibt tal-Festa. F'dan is-Sibt xtaqna naqsmu ftit strofi minn poeżija sabiħa oħra fejn qiegħdin nitolbu lill Ommna Marija Bambina sabiex iżżomm ideha fuq it-tfal tagħna u sabiex tgħina inrawwmu t-tfal jikbru jħobbu l-kultura.

[166-170] minn 469 artikli
<
>
 
A Night At The Movies II - 22.11.2025 - BOOK TICKETS NOW
A Night At The Movies II - 22.11.2025

Aħbarijiet Riċenti

Tagħlim tal-Mużika mall-Banda Peace

Għafas fuq il-buttuna t'hawn taħt sabiex tirreġistra għal tagħlim tal-mużika professjonali minngħajr ħlas.

Wara li tirreġistra, s-Soċjeta' Mużikali Peace ser tikkuntatjak fuq id-dettalji li tkun għadek kemm irreġistrajt bihom.

Ħajr lil

Segwijna fuq Facebook

Segwijna fuq Spotify