Aħbarijiet riċenti

[11-15] minn 404 artikli
<
>

B'sogħba kbira nħabbru t-telfa ta' ħuna Ramond Muscat

B'sogħba kbira nħabbru t-telfa ta' ħuna Ramond Muscat magħruf fostna Ramond in-Naw, li għadda għal ħajja ta' dejjem nhar it-8 ta' Diċembru 2023. Illum tlifna voluntier kbir b'qalb kbira fil-qasam tal-piroteknika li ħabb u ħadem minn qalbu tul dawn l-aħħar snin. Aħna nirringrazzjawk ta' Kollox Ray, il-ħidma u l-karattru speċjali tiegħek m'hu se jintesew qatt speċjalment fil-jiem tal-festa. Meta' kulħadd kien ikun stressat, inti dejjem kont tqawwi qalb kulħadd li se naslu u fis-silenzju wettaqt ħidma kollettiva flimkien ma' sħabek.

A Night at the Musicals - Grazzi

Insellmu l-memorja tal-membri tagħna

Nhar il-Ħadd 5 ta' Novembru, tqegħdet kuruna tal-fjuri fiċ-Ċimiterju tan-Naxxar b'tifkira tas-Soċji, Bandisti u Benefatturi tas-Soċjetà Mużikali Peace, Naxxar li ħallew din id-dinja qabilna. Il-Kumitat, Bandisti u l-Membri jsellmu u jfakkru fil-membri kollha li ħadmu fi ħdan is-Soċjeta' Mużikali Peace u dawk kollha li ħadmu b'risq il-Festa ta' Marija Bambina. 

Bi pjaċir nħabbru lill-Mro. Reno Cassar bħala Assistent Surmast

Bi paċir inħabbru li Mro. Reno Cassar inħatar bħala Assistent Surmast u Għalliem tas-Sezzjoni Ram tal-Banda Peace, tan-Naxxar. Mro. Cassar huwa minn Ħal-Qormi u huwa wieħed mill-aqwa mużiċisti tat-trumbetta f’pajjiżna...

Bejgħ tal-Għadam tal-Lewż taċ-ċikkulata jew tal-ġelu

Il-Kummissjoni Żgħażagħ qiegħdin jiġbru l-ordnijiet tal-għadam tal-lewż taċ-ċikkulata jew tal-ġelu. Kull minn huwa nteresat huwa ġentilment mitlub jibbukja minn OTTO Clubhouse jew mal-membri tal-Kummissjoni Żgħażagħ. Tistgħu wkoll tagħmlu kuntatt dirett ma' Matthias fuq 9971 2956.

Segwi l-Aqwa Mumenti Mill-Festa 2023

𝗟-𝗔𝗾𝘄𝗮 𝗠𝘂𝗺𝗲𝗻𝘁𝗶 𝗠𝗶𝗹𝗹-𝗙𝗲𝘀𝘁𝗮 2023 - Soċjetà Mużikali Peace, Naxxar. Festa 2023 - MAGĦQUDIN għall-Festa 𝗔𝗞𝗕𝗔𝗥

Produzzjoni: Soċjetà Mużikali Peace, Naxxar Filmati u Muntaġġ: Sebio Aquilina - Audio Visuals

[11-15] minn 404 artikli
<
>