Aħbarijiet riċenti

[6-10] minn 521 artikli
<
>

𝗜𝗟-𝗞𝗧𝗜𝗘𝗕 𝗧𝗔𝗟-𝗙𝗘𝗦𝗧𝗔 𝗧𝗔𝗡-𝗡𝗔𝗫𝗫𝗔𝗥: EDIZZJONI ESKLUSSIVA 𝟮𝟬𝟮𝟲!

Il-Ktieb tal-Festa tan-Naxxar 2026: Inkluża Edizzjoni Esklussiva! Il-Ktieb uffiċjali tal-Festa 2026 issa jinsab disponibbli! Pubblikazzjoni kollha bil-kulur, mimlija materjal u artikli ta' interess kbir – fosthom l-istorja dettaljata tal-istatwa Titulari ta' Marija Bambina kif ukoll il-Programm sħiħ tal-Festa.

Anthony Deguara jikkwalifika għall-FINALI tal-Programm "MA tagħmlu XEJN"!

Is-Soċjetà Mużikali Peace Naxxar tinsab ferħana u kburija u tawgura lill-Anthony Deguara, li nhar il-Ġimgħa filgħaxija kiseb rebħa mill-isbaħ fil-kwarti tal-finali tal-programm televiżiv populari MA tagħmlu XEJN fuq TVM. B’prestazzjoni eċċellenti u b'kapaċità kbira, Anthony irnexxielu jixgħel it-12-il bozza kollha tal-logħba, biex b’hekk ikkonferma l-post tiegħu fil-FINALI u se jkun qed jirrappreżenta lir-raħal tagħna tan-Naxxar f'din il-fażi importanti!

Għaxar Snin mill- Kanzunetta “Soċjetà Peace” (2016 – 2026)

Għaddew għaxar snin minn meta l-kanzunetta “Soċjetà Peace”, interpretata b’enerġija kbira minn Glen Vella, saret parti mill-istorja mużikali tas-Soċjetà Mużikali Peace u mill-atmosfera tal-festa fin-Naxxar. Ippubblikata fl-2016 mill-Kummissjoni Żgħażagħ Peace/Soċjetà Mużikali Peace, il-kanzunetta kienet inħolqot bil-kliem u l-mużika ta’ Jonathan Bondin, bi produzzjoni mużikali ta’ Mro. Joe Brown u l-vuċi distintiva ta’ Glen Vella.

Awguri f'għeluq sninu lill-President tas-Soċjetà, Marlon Brincat

Is-Soċjetà Mużikali Peace Naxxar, flimkien mal-membri tal-Kumitat Ċentrali, il-bandisti, il-partitarji u l-membri kollha tagħna, tixtieq tgħaddi l-isbaħ xewqat lill-President tagħna, Marlon Brincat, li llum qed jiċċelebra għeluq sninu. F'din l-okkażjoni speċjali, inroddu grazzi minn qalbna lill-President Marlon Brincat għad-dedikazzjoni, il-ħidma bla waqfien u l-impenn kontinwu tiegħu b'risq il-ġid tas-Soċjetà Mużikali Peace u l-komunità kollha Naxxarija.

Monument Artistiku ġdid f'Palazzo Vittorja

Bħal-lum ġimgħa ser jiġi inawgurat monument artistiku ġdid ġewwa Palazzo Vittorja, xogħol il-bravissimu artist Naxxari, l-irħammar Abraham Bellia. Aktar dettalji u informazzjoni dwar din l-inizjattiva se nkunu qed naqsmu magħkom fil-jiem li ġejjin.

Seduta Ġenerali - Ringrazzjament mill-Qalb lis-Soċji Kollha

Il-Kumitat Eżekuttiv jixtieq jgħid grazzi kbira lis-soċji kollha li nhar il-Ħadd 23 t' Awwissu attendew bi ħġarhom għas-Seduta u taw il-kontribut attiv tagħhom. Deċiżjoni Unanima: Matul il-laqgħa ittieħed vot unanimu u b'saħħtu, b'deċiżjoni li ttieħdet kollha kemm hi fl-aqwa interess tal-Festa u tal-komunità Naxxarija. Unità u Impenn: Din il-parteċipazzjoni numeruża tixhed mill-ġdid l-imħabba u l-għaqda kbira li teżisti fostna.

[6-10] minn 521 artikli
<
>
 

Aħbarijiet Riċenti

Tagħlim tal-Mużika mall-Banda Peace

Għafas fuq il-buttuna t'hawn taħt sabiex tirreġistra għal tagħlim tal-mużika professjonali minngħajr ħlas.

Wara li tirreġistra, s-Soċjeta' Mużikali Peace ser tikkuntatjak fuq id-dettalji li tkun għadek kemm irreġistrajt bihom.

Ħajr lil

Segwijna fuq Facebook

Segwijna fuq Spotify