F'isem is-Socjeta' Muzikali Peace nixtieq nghid proset liz-Zghazagh tas-Socjeta' li apparti li jaghmlu xoghol siwi fil-kazin, jahdmu wkoll ghall-kommunita Naxxarija. Nixtieq nahtaf l-opportunita' biex nghid proset lill Anthony Deguara li huwa s-sagristan ta' din il-kappella, kif ukoll gie nkarigat mis-Socjeta' biex jiehu hsieb il-kappella tal-Kazin. Apparti Anthony , hemm hafna ohrajn fosthom Daniel Bonavia, Micheal Agius u aktar.
Il-kappella ta' San Gakbu, inbniet fis-seklu sittax u nghalqet fl-1658 flimkien ma' hafna knejjes ohra tal-kampanja, infethet mill-gdid xi ghoxrin sena wara.
Is-Sagristan tal-kappella jixtieq iheggeg lill kullhadd biex jattendi ghar-ruzarju u l-quddiesa:
Hinijiet (Festa ta' San Gakbu)
- Il-Hamis , 22 ta'Lulju - Ruzarju fis-7:30pm
- Il-Gimgha, 23 ta'Lulju - Ruzarju fis-7:00pm
- Il-Gimgha, 23 ta'Lulju - Quddies fis-7:30pm (wara ser isir riciviment ghall-dawk in-nies li jattendu ghall-quddies)
Ma nixtieqx innaqqas l-ebda mertu mill-partitarji zghazagh l-ohra ta' din is-Socjeta' ghaliex qieghed isir hafna xoghol volontarju minnghand hafna zghazagh biex nibqghu nsebbhu u nkabbru l-isem tas-Socjeta taghna.
Grazzi lill kull minn qieghed jaghti l-kontribut tieghu fis-Socjeta' !
L-aħħar aġġornament sar nhar: Il-Ġimgħa, 23 ta’ Lulju 2010