It-Tielet Sibt tal-Festa ta' Ommna Marija Bambina

Soċjeta Mużikali Peace A.D. 1862 - Naxxar

Illum is-Sibt 20 ta' Lulju qiegħdin niċċelebraw it-Tielet Sibt tal-Festa għażiża tagħna ta' Ommna Marija Bambina. F'dan is-Sibt iddeċidejt li naqsam magħkom poeżija ħelwa miktuba minnha lill-għażiża Ommna Marija Bambina bl-isem, Lill-Bambina taċ-Ċkejknin.

Lill-Bambina taċ-Ċkejknin

O Marija Bambina,

Is-saħħa agħtina;

Sabiex naħdmu bla waqfien,

Fin-Naxxar u kullimkien.

 

Żommna hienja u magħqudin,

Biex irrawmu t-tfal ċkejknin;

Jikbru jħobbu l-kultura,

Fi ħdan Għaqda ferm matura.

 

Fost ċapċip u allegrija,

It-tfal ferħu alenija;

Daru miegħeK u għollewk,

B’ħafna bews huma mlewk.

 

Kantaw, talbu lil Marija,

F’nofs il-pjazza Naxxarija;

Preparati għal Jum tiegħeK,

Żommhom b’għożża dejjem miegħeK.

 

Nitolbuk bl-akbar ħlewwa,

Tħaddan l’uliedna sewwa;

Matul is-snin ibqa’ berikhom,

Tieqaf qatt b'imħabbtek tħarishom.

 

Nixtiequ nħeġġu lin-Naxxarin kollha sabiex itellaw l-bnadar fuq il-bjut tagħkom matul dawn id-disa' Sibtijiet li ġejjin li jwassluna għal Festa tant għażiża tagħna ta' Ommna Marija Bambina.

VIVA MARIJA BAMBINA

 

Mill-Arkivji: Feature tal-Festa tas-sena 2016

L-aħħar aġġornament sar nhar: Is-Sibt, 20 ta’ Lulju 2019