Proset lill-bandista Maris Micallef talli ġabet id-Diploma fil-Mużika

Soċjeta Mużikali Peace A.D. 1862 - Naxxar

Is-Soċjeta' Mużikali Peace tifraħ lill-bandista Maris Micallef li ġħaddiet mill-eżami tal-dipLcm Clarinet Performance u ġabet id-diploma fil-mużika. Maris ilha ddoqq għal bosta żmien il-klarinett mal-banda tagħna u studjat u tgħalmet il-mużika mas-surmast tal-banda tagħna, Mro. Lino Pirotta. Maris ħadet sehem f'bosta Programmi Mużikali kif ukoll kellha ċ-ċans li ddoqq diversi 'Solos' mall-banda tagħna. Nixtiequ nirringrazjaw lill-Maris u lill-familjari tagħha tal-ħin u dedikazzjoni li dejjem kellha għal banda tagħna.  

Grazzi u Proset Maris.

Ritratt: Maris Micallef iddoqq ġewwa l-Belt Valletta fl-okkażjoni tal-attivita' Orfeo & Majnun - Nhar il-Ħadd 28 ta' Ottubru.

L-aħħar aġġornament sar nhar: Il-Ġimgħa, 2 ta’ Novembru 2018