Maħtur membru ġdid fil-Kumitat Ċentrali

Soċjeta Mużikali Peace A.D. 1862 - Naxxar

Nhar it-Tnejn 15 ta' Ottubru waqt seduta tal-Kumitat is-sur Wayne Formosa, b'vot unanimu mill-membri kollha tal-Kumitat Ċentrali, ġie maħtur membru bl-irwol ta koordinatur 'Events & Social Responsability'.

Wayne għandu 21 sena u ilu jiffrekwenta s-Soċjeta' minn eta' żgħira. Wayne huwa membru attiv ħafna fis-Soċjeta' tagħna u għaldaqstant kien xieraq li jingħata rwol importanti bħala membru fil-Kumitat Ċentrali. Għal diversi snin Wayne kien ukoll parti mill-Kummissjoni Żgħażagħ. Meta mistoqsi dwar dan l-irwol ġdid, Wayne stqarr:

"Naċċetta żgur" .... hekk weġibtu lis-Segretarju Ġenerali Matthew Pullicino meta avviċinani għal din l-opportunita'. Minn mindu kont għadni żgħir kont nitla l-każin flimkien ma' sħabi jew ma xi membri familjari. Iktar ma għadda żmien, aktar xtaqt li nsir parti minn din il-familja u bdejt billi avviċinajt lill-Kummissjoni Żgħażagħ u dħalt membru magħhom. Jien għamilt żmien twil niffrekwenta l-iscouts, u issa li m'għadnix f'din l-għaqda, ħassejt li għandi nagħti iżjed lejn din is-Soċjeta' u hekk illum ħa nkun qiegħed naħdem id f'id mas-Segretarju u l-kumplament tal-Kumitat u Kummissjonijiet sabiex flimkien nibqaw waħda mill-aqwa baned f'Malta u nibqaw nkabbru isimna f'pajjiżna.

 

Nawguraw lil Wayne kull suċċess għal futur kemm fuq bażi personali kif ukoll fil-ħidma tiegħu għas-Soċjeta' għażiża tagħna. 

 

L-aħħar aġġornament sar nhar: Il-Ħadd, 21 ta’ Ottubru 2018