Kanzunetta ta' Mħabba għal Ommu - Luke Agius

Soċjeta Mużikali Peace A.D. 1862 - Naxxar

Illum nixtiequ naqsmu magħkom kanzunetta ġdida li ħarġet ftit tal-jiem ilu mingħand seħibna, Lulu. Għal dawk kollha li ma jafux minnhu , Lulu huwa l-ħabib tagħna u n-Naxxari Luke Agius li għamel żmien twil jifrekwenta s-Soċjeta' tagħna. Luke jifforma parti mid-duo Xarulu' li ninsab ċert li xi darba jew oħra smajtu diġa xi kanzunetta minn tagħhom għaliex illum il-ġurnata saru popolari fil-gżejjer Maltin.

Sfortunatament f'Ottubru tas-sena li għaddiet, Luke flimkien ma ħutu Matthew u Karen tilfu lill-ommhom. Is-sinjura qatt minnsija Tanya Agius kienet membru f'din is-Soċjeta' u kienet tattendi bi ħġarha l-attivitajiet tagħna.

Din il-kanzunetta, bl-isem "Melodija ta' Mħabba", Luke ddedikaħa lill-ommu fejn isemmi l-mumenti u siegħat twal li kien iqatta' ħdejn ommu fl-isptar speċjalment fl-aħħar mumenti ta' ħajjitha. 

Luke stqarr li l-Melodija ħelwa li kienet iddamdam f'moħħu, ma ħallitux kwiet u spiċċa' jiħħamjaha lil ommu meta kienet mitlufa minn sensieha. 

Sfortunatement Luke u ħutu tilfu lill-missierhom ftit tas-snin ilu, fejn għal Luke kienet it-tieni kanzunetta tiegħu li kiteb fuq il-ġenituri tiegħu bl-ewwel waħda tkun iddedikata lill-missieru bl-isem "Dear Dad" li ġiet kantata mill-grupp Xarulu'.

Minn hawnhekk nixtiequ nawguraw lill-Luke Agius u lill-grupp Xarulu' aktar suċċessi fil-karriera mużikali tagħhom u nixtiequ nerġaw nsellmu l-memorja ta' missier u omm Luke li ħallewna ftit taż-żmien ilu.

Proset u grazzi talli qsamnt dawn il-melodiji sbieħ magħna Luke. 

Filmat: Lulu` - MELODIJA TA' MĦABBA

 

Filmat: Xarulù - Dear Dad

 

L-aħħar aġġornament sar nhar: Il-Ħamis, 13 ta’ Settembru 2018


1 
Kevin Agius - Naxxar
13 Settembru 2018 12:37 PM
Proset hafna Luke ta' din il-kanzunetta! Awguri!

Aħbarijiet Riċenti

Kalendarju tax-Xahar

  • April 2024
    ĦadTneTliErbĦamĠimSib
    31123456
    78910111213
    14151617181920
    21222324252627
    2829301234
    567891011

Mill-Arkivji

Ħajr lil

Segwijna fuq Facebook

Segwijna fuq Spotify