Innawgurazjoni tad-disinn tal-Faċċata Kollosali - 3 ta' Settembru

Soċjeta Mużikali Peace A.D. 1862 - Naxxar

Faċċata Tridimensjonali...Għall-Festa Nazzjonali. Il-bieraħ 3 ta' Settembru ġewwa l-Pjazza tan-Naxxar saret l-inawgurazzjoni tal-armar artisku tal-faċċata tal-Każin. 

Aktar ritratti, filmati u nformazzjoni fuq ix-xogħol kbir tal-faċċata ser jitella' fuq is-sit aktar il-quddiem.

Wieqfa Dritta f'Nofs il-Pjazza - 3 ta' Settembru 2018

Binja rikka u majestuża
F'pjazza kbira ferm arjuża
B'storja antika tant glorjuża
Quddiem knisja wisq grandjuża

Snin ta' ħsieb u diskussjoni
Ħafna xogħol b'dedikazzjoni
Flimkien ħadna d-deċiżjoni
u dlonk bdiet l-ispirazzjoni

Ħlomna f'daqqa b'dal-proġett
ridnih minn ta' fuq nett
Għalhekk ħloqna dal-kunċett
Li żviluppa f'xogħol perfett

Faċċata ġdida nnovattiva
Idea kbira u kreattiva
Ħidma f'waqta progressiva
Minn Soċjeta' dejjem attiva

Ftit snin ilu sebbaħniha
B'statwa rikka żejjiniha
Din is-sena armajniha
B'libsa ġdida libbisniha

Ghandna żgur l-isbaħ kantata
U issa wkoll l-aqwa faċċata 
B'preċiżjoni ddisinjata 
b'sengħa kbira ġiet armata

O Bambina idħol għalina
Ibqa dejjem għix ġo fina
Ħu ħsieb lilna u mexxina
b'ħeġġa kbira kompli imlina

****

Filmati LIVE waqt din is-serata formidabbli

L-aħħar aġġornament sar nhar: It-Tlieta, 4 ta' Settembru 2018