Restawr ta' Opri Artistiċi u Storiċi tas-Soċjeta' tagħna

Soċjeta Mużikali Peace A.D. 1862 - Naxxar

Nhar il-Ġimgħa 27 ta' April saret l-innawgurazjoni uffiċjali tar-restawr li sar fuq opri artistiċi li huma tas-Soċjeta' tagħna. Ġie inawgurat ir-restawr u rinovazzjoni tal-abozz tal-pjanċier u pittura tal-Allegorija tal-Mużika. Ix-xogħol ta' restwar sar mill-kumpanija Recoop wara li nkisbu fondi apposta mill-gvern bl-għajnuna tal-Għaqda Każini tal-Banda.

L-abbozz sar minn Manwel Pirotta fl-1953, il-kwadru tpitter mill-artist magħruf Ġanni Vella.

Saru wkoll tlett 'display tables' għas-Sala tal-Mużew minn Borg Furniture tal-Għargħur fuq disinn ta' Edward Azzopardi.

Għal din is-serata attenda s-Segretarju Permanenti fil-Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali, s-Sur Johan Galea u diversi mistednin distinti oħra.

Saru preżentazzjonijiet mis-Segretarju Matthew Pullicino, mill-Viċi President Edward Azzopardi, mis-Sur Roderick Abel (Recoop Ltd) u Dott. Christian Attard mill-Universita' ta' Malta, kif ukoll intervent mużikali mis-Surmast Direttur Lino Pirotta.

Waħda mill-imwejjed ġiet inawgurata mis-Segretarju u l-Viċi President tas-Soċjeta', l-abbozz tal-pjanċier mis-Sur Anthony Pirotta u Mro. Lino Pirotta, filwaqt li l-kwadru inkixef mill-President tas-Soċjeta' Dott. Martin Fenech u Dott. Noel Camilleri President tal-Għaqda Każini tal-Banda.

Għafas fuq dan il-'link' sabiex tara r-ritratti ta' dan l-avviniment.

L-aħħar aġġornament sar nhar: L-Erbgħa, 16 ta' Mejju 2018