B'sogħba u dispjaċir kbir inħabru l-mewt ta' Vanni Farrugia

Soċjeta Mużikali Peace A.D. 1862 - Naxxar

B'niket u dispjaċir kbir inħabru l-mewt ta' Vanni Farrugia li kien ha ħsieb bosta recordings tas-Soċjeta' fosthom ir-recording tal-Kantata' "L-Għanja tal-Paċi" kif ukoll tal-"Via Crucis". F'isem il-Kumitat Ċentrali, Surmastrijiet u Bandisti, nixtieq nibgħat il-Kondoljanzi xierqa lill-familja Farrugia għat-telfa kbira tal-ħabib tagħna Vanni. 

Ritratt: Vanni Farrugia fl-istudio flimkien mal-kompożitur Malti Karl Fiorini li kkompona l-"Via Crucis" u l-kantata.

Agħtiħ O'Mulej il-Mistrieħ ta' Dejjem.

GRAZZI ta' kollox VANNI!

L-aħħar aġġornament sar nhar: Il-Ġimgħa, 15 ta’ Settembru 2017