FESTA: Id-Disa' Sibt tal-Bambina - Attivitajiet tal-Festa 2017

Soċjeta Mużikali Peace A.D. 1862 - Naxxar

Wasal id-Disa' Sibt tal-Bambina u għalhekk ninsabu propjament fil-ġimgħa tal-Festa. Illum ser niddedika dan l-artiklu sabiex infakkarkhom fil-Programm tal-Attivitajiet tal-Festa 2017 organizzat mis-Soċjeta' Mużikali Peace li hemm preparat għal dawn il-ġranet li ġejjien. Nixtiequ nirringrazzjaw lil dawk il-membri, soċji, partitarji, bandisti u ħbieb tas-Soċjeta' li għoġobhom jattendu fl-attivitajiet li għaddew fosthom fil-Ħruġ tal-istatwa ta' Marija Bambina minn-Niċċa, il-Blue Gathering (Part 1), il-quddiesa tal-organizzazzjoni tal-Festa u r-Riċeviment tal-Festa.

 

Attivitajiet li jmiss:

 

Is-Sibt 2 ta' Settembru:

 

Party għat-Tfal 17:30: 

Party għat-Tfal fis-Sala Marija Bambina, fejn ser ikun hemm bosta ikel, xorb, rigali u divertiment għat-tfal kollha tan-Naxxar. Wara l-attivita' jingħata flokk tal-Festa lil kull tifel u tifla preżenti. Agħfas fuq il-link għal aktar informazzjoni

 

'Blue Gathering PART 2 - DJ RYAN SPITERI' 21:00: 

Pre-Feast party illum 2 ta' Settembru mid-9:00pm il-quddiem flimkien ma deejays rinomati fosthom DJ.RYAN SPITERI. Dan il-party huwa regalat mis-Soċjeta' liż-Żgħażagħ u partitarji ġewwa OTTO Clubhouse. Agħfas fuq il-link ghal aktar informazzjoni

Il-Ħadd 3 ta' Settembru:

 

Open Day fil-Każin - 09:00

L-istatwa ta' MARIJA BAMBINA ħa tkun għall-wiri bl-isgraffir u nduratura li saru, flimkien ma diversi pjanti u disinji ta' proġetti ġodda. Aghfas fuq il-link ghal aktar informazzjoni

 

Quddiesa għaż-Żgħażagħ u Partitarji tal-każini tal-Baned fin-Naxxar - 11:00

Quddiesa għaż-żgħażagħ u partitarji tal-każini tal-Baned fin-Naxxar. Nixtiequ nħeġġu liż-żgħażagħ, bandisti, soċji u ħbieb ta' din is-Soċjeta' sabiex għada jingħaqdu flimkien magħna ġewwa din il-quddiesa sabiex nagħtu bidu flimkien għal Festa 2017.

 

Laqgħa mal-President tar-Repubblika ta' Malta. 11:30

Din is-sena ser nilqgħu lil-eċċ President tar-Repubblika ta' Malta ġewwa l-każin tan-Naxxar Lions FC fejn ser jingħataw donazzjonijiet mill-għaqdiet lill-President ta' Malta b'risq il-MCCF. Din l-attivita' hija organizzata mill-Kunsill Lokali tan-Naxxar.

 

It-Tlieta 5 ta' Settembru:

 

Marċ Popolari tat-Tieni Jum tat-Tridu. 20:30

Il-BANDA PEACE tibda ddoqq marċi brijjużi minn Vjal ix-Xogħol, għall-Pjazza, Castro, Nutar Debono, Bużjett, San Pawl, Parroċċa, Oratorju, San Ġorġ, Kbira u jispiċċa fil-Pjazza fosy il-brijju u l-entużjażmu tal-Partitarji. Fl-aħħar ikun hemm it-tlugħ tal-istatwa ta' MARIJA BAMBINA fil-gallarija bid-daqq tal-innijiet, feature u spettaklu ta' karti, nar, dwal u laser. Titilfuħx. Aghfas fuq il-link ghal aktar informazzjoni

 

L-Erbgħa 6 ta' Settembru:

 

Marċ Brijjuż - 20:15

Is-Soċjeta' Mużikali Peace ser tistieden lil BANDA SAN ĠORĠ MARTRI ta' Ħal-Qormi tagħmel MARĊ li jibda mill-Pjazza u jkompli għal Vjal ix-Xogħol, Qotton, l-Imraden, Imħalla, Musbieħ, 21 ta' Settembru, Vjal ix-Xogħol, sal-Pjazza. Dan is-servizz huwa rregalat lill-Festa minn din is-Soċjeta'. Aghfas fuq il-link ghal aktar informazzjoni

 

Il-Ħamis 7 ta' Settembru:

 

Lejliet il-Festa. 21:30.

Il-BANDA PEACE teżegwixxi PROGRAMM MUŻIKALI fuq il-Planċier tas-Soċjeta' fil-Pjazza taħt id-direzzjoni tas-Surmast Direttur Lino Pirotta bl-għajuna tal-Assistent Surmast Joseph Chircop. Jakkumpanjaw lill-banda, Mary Spiteri, Ritienne, Clifford Galea u Ludwig Galea. Jippreżenta Tonio Vella. GRAN FINALE SPETTAKOLARI!

 

JUM IL-FESTA, Il-Ġimgħa 8 ta' Settembru:

 

Jum il-Festa 11:00.

ATTIVITA' TAL-FESTA għaż-żgħażagħ u l-Partitarji f'OTTO CLUBHOUSE. 

 

Jum il-Festa 18:45.

IL-BANDA PEACE takkumpanja l-istatwa artistika u devota ta' MARIJA BAMBINA fil-purċissjoni b'daqq ta' innijiet Marjani tant sbieħ u popolari man-Naxxarin. X'ħin l-istatwa tasal fil-Pjazza, l-BANDA PEACE issellem lill-Bambina bl-'AVE MARIJA' tas-Surmast Ġużeppi Fenech minn fuq il-Planċier.  

 

NB: FIS-7 u 8 ta' SETTEMBRU, S-SWALI TAL-KAŻIN IKUNU MIFTUĦIN GĦALL-PUBBLIKU.

 

Is-Sibt 9 ta' Settembru:

 

Ikla tax-Xalata 20:00.

Nhar is-Sibt 9 ta' Settembru, s-Soċjeta' Mużikali Peace ser torganizza ikla tax-Xalata. Transport u ikel 'buffet' inkluż fil-prezz. Biljetti minn OTTO Clubhouse u mill-Membri tal-Kumitat. Tluq mill-pjazza fit-8:00pm.

 

 

Il-Ħadd 17 ta' Settembru:

 

Dħul tal-Vara fin-Niċċa. 18:30.

Hekk kif ftaħna din il-Festa, nispiċċawha permezz tal-Quddiesa u bil-kant tal-Innijiet b'ringrazjament lil Ommna Marija. Wara l-quddiesa l-istatwa tintrefa' mid-dilettanti Naxxarin u titpoġġa lura fin-Niċċa. 

Filmat: Id-Diska Soċjeta' Peace

L-aħħar aġġornament sar nhar: Is-Sibt, 2 ta’ Settembru 2017


Aħbarijiet Riċenti

Kalendarju tax-Xahar

  • April 2024
    ĦadTneTliErbĦamĠimSib
    31123456
    78910111213
    14151617181920
    21222324252627
    2829301234
    567891011

Mill-Arkivji

Ħajr lil

Segwijna fuq Facebook

Segwijna fuq Spotify