Restawr ta' Bandiera tas-sena 1968

Soċjeta Mużikali Peace A.D. 1862 - Naxxar

Din il bandiera tan-Nome di Maria, hija propjeta tal-każin tagħna fejn saret fl-1968 u inħadmet ġewwa l-Malta Drydogs flimkien mal-Bandiera l-antika tal-arma tal-każin li titla fuq l-arblu prinċipali fil-5 ta'Settembru. Il-bandiera kienet swiet Lm25. Din hija bandiera tas-suf ta' kwalita' tajba ħafna. Il-ħsara li kkawżat lil din l-bandiera saret fil-biċċa l-kbira taz-zkuk tal-ġilji li jinsabu jżejnu l-arma tal-Madonna. Dawn qegħdin fil-proċess li jinnbidlu kompletament ma drapp ġdid għax tgħerrew biż-żmien u l-elementi.

Il-proġett tar-restawr ta' din il-bandiera sseħħ sabiex il-bandiera tiġi salvagwardjata u tibqa titgawda fuq l-arbli li s-Soċjeta' tagħna tipposjedi fuq l-bejt tal-każin.

Dawn il-proġetti ta' restawr huma mportanti ħafna li jsiru f'Soċjeta' bħal tagħna li tiħodna lura aktar minn 150 sena ilu. Sfortuntament peress li nipposjedu rikkezzi prezjuzi u antiki, l-proġetti tar-restawr jiġu jiswew ħafna flus. Għalhekk kull minn jixtieq jagħti l-kontribut finanzjaru tiegħu, huwa ġentilment mitlub sabiex javviċina lis-sur Anthony Deguara jew lil xi membru tal-Kumitat Ċentrali sabiex joffri d-donazzjoni tiegħu.

Kull donazzjoni hija mportanti!

Grazzi mill-qalb!

 

Ħajr lis-sur Anthony Deguara tal-informazzjoni fuq din il-bandiera.

L-aħħar aġġornament sar nhar: Is-Sibt, 1 ta’ Ottubru 2016