Id-Disa' Sibt tal-Bambina - FESTA 2016

Soċjeta Mużikali Peace A.D. 1862 - Naxxar

Illum 3 ta' Settembru huwa propju l-aħħar Sibt ta' qabel il-Festa ferm mistennijja minn-Naxxarin, il-Festa tal-Bambina. F'dan l-aħħar Sibt nixtieq nerġa nfakkarhom fuq l-Attivitajiet kollha tal-Festa tas-Soċjeta' Mużikali Peace. Diġa saru bosta attivitajiet tal-Festa fosthom l-Ewwel Sena Anniverarju tal-Otto Clubhouse, il-Majjalata fil-Pjazza li kienet ta' SUĊĊESS kbir, il-Ħruġ min Niċċa tal-istatwa ta' Marija Bambina akkumpanjata mill-Banda Peace, il-Quddies tan-Novena, r-Riċeviment tal-Festa u l-'Party' tat-Tfal. Minn hawnhekk nixtieq nirringrazja lil dawk kollha li attendew għal attivitajiet msemmija u nħeġġeġ lin-Naxxarin kollha sabiex jattendu bi hġarom għal attivitajiet li jmiss, dawn huma:

 

Illum 3 ta' Settembru fil-5:15pm, il-BANDA PEACE ser takkumpanja lis-Saċerdot Novell Dun James Saydon u lill-familja tiegħu tul il-Vjal 21 ta' Settembru, Toroq San Ġwann u Santa Luċija, Misraħ ir-Rebħa, sal-Knisja, fejn issir ċelebrazzjoni solenni fl-okkażjoni tal-ordinazzjoni tiegħu. - aktar informazzjoni http://bandapeacenaxxar.com/viewArticle.aspx?aid=615&cat=2

Illejla 3 ta' Settembru mit-8:30pm il-quddiem, ser isir il-PRE FEAST party tal-Festa 2016 "Blue Gathering Pre Feast Party" bis-sehem ta' Dj Paul Frada għaż-Żgħażagħ u l-Partitarji fl-OTTO Clubhouse. - aktar informazzjoni http://bandapeacenaxxar.com/viewArticle.aspx?aid=616&cat=2

 

Għada 4 ta' Settembru, fid-9:30am kulħadd huwa mistieden sabiex jattendi għal-QUDDIESA għaż-żgħażagħ taż-żewġ Każini tal-Banda u n-Naxxarin. Is-Soċjeta' Peace tħeġġeġ lill-Partitarji kollha sabiex jattendu bi ħġarhom bil-flokk jew 'gear' tas-Soċjeta' - aktar informazzjoni http://bandapeacenaxxar.com/viewArticle.aspx?aid=617&cat=2

Għada 4 ta' Settembru fil-11:30am fil-każin tal-PL jingħataw donazzjonijiet mill-għaqdiet kollha tan-Naxxar lill-President ta' Malta b'risq il-MCCF. Din l-attivita' hija organizzata mill-Kunsill Lokali tan-Naxxar. - aktar informazzjoni http://bandapeacenaxxar.com/viewArticle.aspx?aid=618&cat=2

 

Nhar it-Tnejn 5 ta' Settembru fit-8:30pm, il-BANDA PEACE tagħmel il-MARĊ POPOLARI fit-toroq Markiż Scicluna, Castro, Misraħ ir-Rebħa, Castro, Nutar Debono, Bużjett, San Pawl, il-Parroċċa, Oratorju, San Ġorġ, il-Kbira u jispiċċa fil-Pjazza b'diversi SORPRIŻI fost il-BRIJJU u l-entużjażmu taż-Żgħażagħ u l-Partitarji. Mal-għeluq tal-Marċ, ikun hemm it-tlugħ tal-istatwa ta' MARIJA BAMBINA fil-gallarija bid-daqq tal-innijiet Marjani, 'feature', u spettaklu ta' kartinar, Kant LIVE tad-diska l-ġdida "Soċjeta' Peace" fil-PJAZZA minn Glenn Vella waqt il-Marċdwal u laser u ħafna aktarTITILFUĦX!! - aktar informazzjoni http://bandapeacenaxxar.com/viewArticle.aspx?aid=619&cat=2

 

Nhar it-Tlieta 6 ta' Settembru fid-9:30pm, il-PEACE BRASS BAND, flimkien ma' DJ, ha tagħmel PROGRAMM B'DIFFERENZA b'fużjoni ta' mużika varjata u kontemporanja quddiem il-Kazin, b'effetti ta' dwal u ħafna aktar. Id-direzzjoni tkun tal-Assistent Surmast tal-BANDA PEACE, Mro. Joseph Chircop. - aktar informazzjoni http://bandapeacenaxxar.com/viewArticle.aspx?aid=620&cat=2

 

Nhar l-Erbgħa s-7 ta' Settembru fl-LEJLIET il-FESTA fl-10:00pm, il-BANDA PEACE teżegwixxi PROGRAMM VOKALI U STRUMENTALI fuq il-Planċier tas-Soċjeta' fil-PJAZZA taħt id-direzzjoni tas-Surmast tal-BANDA PEACE, Mro. Lino Pirotta bl-għajnuna tal-Assistent Surmast, Mro. Joseph Chircop. Nixtiequ nfakkru li din is-sena l-bravu Surmast Naxxari, Mro. Lino Pirotta qiegħed jiċċelebra l-25 sena anniversarju minn meta beda jidderiġi l-BANDA PEACE. Minn hawnhekk nixtiequ għal darba ohra nirringrazjaw lill-Mro. Lino Pirotta għax-xogħol u dedikazzjoni kbira li dejjem offra l-BANDA PEACE. Grazzi talli f'dawn il-25 sena l-BANDA PEACE baqgħet tikseb l-UNURI bl-għajnuna tiegħek. Il-Programm Mużikali ser jippreżentaħ is-sur Tonio Vella. Jakkumpanjaw lill-Banda, il-bravissimi Mary Spiteri, Ozzy Lino u Ruth Sammut Casingena. GRAN FINAL SPETTAKOLARI!! - aktar informazzjoni http://bandapeacenaxxar.com/viewArticle.aspx?aid=621&cat=2

 

Nhar it-8 ta' Settembru mill-11:00am il-quddiem propju f'JUM IL-FESTA TAL-VITORJA, il-Kummissjoni Żgħażagħ fi ħdan is-Soċjeta' Peace ser torganizza ATTIVITA TAL-FESTA lin-Naxxarin b'modd speċjali lill-Partitarji f'OTTO Clubhouse bis-sehem tad-DJS popolari ZIGGY u Paul Frada. - aktar informazzjoni - http://bandapeacenaxxar.com/viewArticle.aspx?aid=622&cat=2

Nhar it-8 ta' Settembru fis-6:45pm, il-BANDA PEACE b'UNUR u PRIVILEĠĠ kbir bħal kull sena ser takkumpanja l-istatwa artistika u devota ta' MARIJA BAMBINA matul il-purċissjoni kollha bl-Innijiet Marjani tant sbieħ u popolari li gew miktuba sabiex jindaqqu mill-BANDA PEACE fil-ġranet tal-Festa ta' Marija Bambina u li huma tant popolari man-Naxxarin. Xħin l-istatwa tasal fil-Pjazza, l-poplu huwa mħeġġeġ jieħu sehem fil-kant tal-innijiet waqt li l-BANDA PEACE ssellem lill-Bambina bl-AVE MARIA tas-surmast Ġużeppi Fenech minn fuq il-planċier. - aktar informazzjoni http://bandapeacenaxxar.com/viewArticle.aspx?aid=623&cat=2

 

Nhar id-9 ta' Settembru, il-Kumitat Ċentrali jistedinkhom sabiex tattendu għal IKLA TAX-XALATA fil-Lukanda Soreda tal-Qawra. It-Transport u l-ikel 'Buffet' huwa inkluż fil-prezz. Il-Biljetti jistaw jinxtraw minn OTTO Clubhouse u mill-Membri tal-Kumitat Ċentrali. Tluq mill-pjazza: 8:00pm. - aktar informazzjoni http://bandapeacenaxxar.com/viewArticle.aspx?aid=624&cat=2

 

Nhar il-11 ta' Settembru fis-6:30pm,  hekk kif ftaħna din il-Festa, nispiċċawha permezz tal-Quddiesa u bil-kant tal-Innijiet b'ringrazzjament lill Ommna Marija matul id-dħul tal-istatwa ta' Marija Bambina lura fin-Niċċa. Wara l-quddiesa ssir purċissjoni qasira ġol-knisja fejn numru ta' partitarji mis-Soċjeta' tagħna jagħtu l-kontribut billi jerfgħu l-vara ta' Marija Bambina u jwassluwa san-Niċċa. Inħeġġu lin-Naxxarin kollha sabiex jattendu għal aħħar ċerimonja tal-Festa 2016. - aktar informazzjoni http://bandapeacenaxxar.com/viewArticle.aspx?aid=625&cat=2

 

Nixtieq ninfurmawkhom li fis-7 u 8 ta' Settembru, s-Swali kollha tal-Każin ser ikunu miftuħin ghall-pubbliku.

 

Għall aktar informazzjoni fuq dawn l-attivitajiet imsemmiha hawn fuq, tistaw ġentilment iżommu aġġornati mas-sit uffiċjali tas-Soċjeta' www.bandapeacenaxxar.com

Fl-aħħar u mhux l-anqas f'isem il-Kumitat Ċentrali u l-Kummissjonijiet kollha tas-Soċjeta' Mużikali Peace nixtieq nistieden lilek, lill-familjari tiegħek u lill-sħabek sabiex tattendu għal dawn l-attivitajiet u nawguralek il-Festa t-Tajba.

 

IL-FESTA T-TAJBA lil KULHADD!

 

 

Id-Diska "Soċjeta' Peace" kkantata mill-kantant popolari GLEN VELLA


Kliem u Mużika: Jonathan Bondin
Produzzjoni: Mro. Joe Brown
Ikanta: Glen Vella


Waslu il-ġranet Dehbiena
Magħhom l-iljieli Leqqiena
Waslu il-jiem tal-Bambina
Dan l-isbaħ żmien, hu għalina

Dis-Soċjeta' miexja b’rieda
Anke jekk tant ilha mwielda
Baqgħet żgħażugħa fi ħsiebha
Żammet ‘l uliedha fi qribha

Imġedda bl-akbar energija
Din l-Ewwel Banda Naxxarija

(REF)
Soċjetà Peace, Naxxar
F’dil-Festa mill-Kbar
F’Settembru, tas-sena ix-xahar
Aħna n-Naxxarin
Bi ħġarna hawn qegħdin
Biex nibqgħu f’din l-għaqda mexjin

Joqrob il-jum tal-Vitorja
Dawn huma ġranet ta’ Glorja
Nwasslu il-ħidma tas-sena
B’kuluri fl-art u fis-sema

Brijju maħluq minn idejna
Ferħ jista’ jidher f’għajnejna
Għax fuq l-isfidi mirbuħa
Familja kbira w magħquda

Postna prestigjuż b’dar mogħnija
Palazz f’nofs il-pjazza Naxxarija

(REF)
Soċjetà Peace, Naxxar
F’dil-Festa mill-Kbar
F’Settembru, tas-sena ix-xahar
Aħna n-Naxxarin
Bi ħġarna hawn qegħdin
Biex nibqgħu f’din l-għaqda mexjin


Ħajr għad-Diska lill-Kummissjoni Żgħażagħ Peace / Soċjetà Mużikali Peace  © 2016

 

L-aħħar aġġornament sar nhar: Is-Sibt, 3 ta’ Settembru 2016