It-Tmien Sibt tal-Bambina

Soċjeta Mużikali Peace A.D. 1862 - Naxxar

Illum is-Sibt 27 ta' Awwissu, wasal propja t-Tmien Sibt tal-Bambina, u issa ninsabu biss Sibt il-bogħod mill-Festa 2016. Illum ma stajtx ma nfakkarx l-4 ta' Settembru tas-sena li għaddiet, il-jum ta' meta numru sabiħ ta' partitarji ta' din is-Soċjeta' nngħaqadna flimkien bi ħġarna u nżilna bil-karozzi tagħna (car cade) sabiex intellaw ġawra ġdida lejn il-każin - Iva, qiegħed nireferi għal vara mill-isbaħ li tittella' mal-Marċ tal-5 ta' Settembru sabiex umbat wara l-istess marċ, isir it-tlugħ tal-istatwa fil-gallarija prinċipali tal-każin sabiex issebbah pjazza bil-ġmiel tagħha. Statwa bi xbiegħa ta' Ommna Marija Bambina. 

L-istatwa hija proġett u sorpriża tal-Kummissjoni Żgħażagħ f'għeluq l-20 sena mit-twaqqif tagħha.

Kien propju s-sena l-ohra waqt il-Marċ Popolari tal-5 ta' Settembru, meta ħarġet għal l-ewwel darba mit-Triq il-Kbira (ftit qabel id-dar tal-Arċipriet) merfgħuwa minn numru ta' partitarji tas-Soċjeta' tagħna fit-toroq tan-Naxxar b'daqq tal-Ave Maria. 

L-istatwa ittellgħet fil-pjazza fejn ġiet mbierka mid-Direttur Spiritwali tas-Soċjeta' Peace. L-istatwa ttellgħet f'għeluq il-Marċ fost il-Brijju w l-entużjażmu tal-Partitarji tagħna.

Tajjeb ngħidu li l-istatwa ittellgħet għal l-ewwel darba u ser tibqa tittella' fis-snin li ġejjin permezz ta' krejn li gie maħdum minn inġiniera li huma membri tas-Soċjeta' tagħna. L-istatwa tittella' minn quddiem il-faċċata prinċipali għal ġol gallarija prinċipali (għoli ta' sular).

Grazzi tmur lill-Benefatturi kollha ta' din il-vara li minngħajrom dan il-proġett ta' tisbieħ fil-faċċata ta' Palazzo Vittoria f' Misraħ ir-Rebħa ma setax iseħħ realta. Grazzi tmur lis-sur Edward Azzopardi , lis-sinjorina Elaine Pavia u lill-artist Shawn Saliba li ħoloq din ix-xbiegħa ferm sabiha ta' Ommna Marija Bambina. Fl-aħħar u mhux l-anqas, grazzi kbira tmur lis-sur Tonio Zammit li ħadem il-lavur tar-Raġġiera u l-Kuruna u lis-sur Joe Delia li kien il-benefattur tal-bradella li nħadmet mis-sur Michael Attard.

4 ta' Settembru filgħodu: Numru sabiħ ta zgħażagħ niżlu bil-karozza fil-garaxx tal-artist sabiex jassistu għat tlugħ tal-vara lejn in-Naxxar

4 ta' Settembru filgħodu: Car Cade san-Naxxar

 

5 ta' Settembru f'għeluq il-Marċ Popolari tal-5 ta' Settembru: L-ewwel Tlugħ tal-istatwa fil-gallarija prinċipali tal-każin.

6 ta' Settembru: Waqt il-Peace Brass Ensemble Concert li jittella' quddiem il-każin. Fl-isfond tidher l-istatwa l-ġdida xbiegħa ta' Marija Bambina fil-gallarija prinċipali tal-każin.

Aktar ritratti tal-istatwa tistgħu tarawom fil-'Gallery Album' tal-Festa 2015 - http://bandapeacenaxxar.com/gallerySubCat.aspx?id=57

 

Nixtiequ nfakkruwkom li llum 27 ta' Awwissu ser tiġi organizzata MAJJALATA fil-Pjazza tan-Naxxar - http://bandapeacenaxxar.com/viewArticle.aspx?aid=603&cat=2

Grazzi lill dawk kollha li ġejjin, naprezzaw l-attendenza' tagħkom.

 

Infakkarkom ukoll f'nhar il-Ħadd 28 ta' Awwissu li hija waħda mill-aktar ġranet li aħna n-Naxxarin inkunu qiegħdin nistennew sabiex nassistu fil-Ħruġ minn-Niċċa tal-istatwa Titulari ta' Ommna Marija Bambina. Il-Banda Peace bħal kull sena ser tkun qiegħda tonora dan is-servizz mużikali b'daqq ta' Inijiet Marjani fil-pjazza sabiex tassisti l-ħruġ tal-istatwa. Il-Banda Peace wara l-Ħruġ, torganizza l-ewwel Marċ fin-Naxxar billi ddoqq Marċi Brijjużi fil-Pjazza u fl-Labour Avenue. Aktar dettalji fuq - http://bandapeacenaxxar.com/viewArticle.aspx?aid=609&cat=2

Minn hawnhekk nixtieq nħeġġeġ lin-Naxxarin kollha sabiex ninġabru kollha flimkien fil-Pjazza sabiex nilqgħu lill-istatwa ta' Ommna Marija fil-Pjazza sabiex nagħtu bidu tal-Festa 2016 bħala familja Naxxarijja.

 

Nixtieq bħal kull Sibt inħeġġeġ sabiex ittellgħu l-bnadar tagħkom u tixgħelu l-festuni u t-tubi jew globi tagħkom sabiex nagħtu bidu għal Festa 2016.

 

O Bambina - kollok glorja,

Bħal Reġina - inberkuk,

Biex tgħannina - bil-Vittorja,

Omm ħanina - nitolbuk.

 

L-Antifona ta' Marija Bambina sabiex nagħtu bidu għal Festa 2016

Lirika: 
Gloriosae Virginis Mariae 
ortum dignissimum recolamus, 
quae et genetricis dignitatem obtinuit 
et viginalem pudicitiam non amisit.

Niċċelebraw it-Twelid imqaddes,
tal-Verġni glorjuża Marija,
li kisbet il-ġieħ ta' Omm Alla,
bla ma tilfet is-safa' ta' xbubitha.

Mużika: Paolo Nani (1 ta' Ġunju, 1868)
Kor: Jubilate Deo fil-Quddiesa tal-Festa fit-8 ta' Settembru 2011
Filmat u muntagg: Stephen Deguara

 

 

L-aħħar aġġornament sar nhar: Il-Ħamis, 8 ta’ Settembru 2016


Aħbarijiet Riċenti

Kalendarju tax-Xahar

  • April 2024
    ĦadTneTliErbĦamĠimSib
    31123456
    78910111213
    14151617181920
    21222324252627
    2829301234
    567891011

Mill-Arkivji

Ħajr lil

Segwijna fuq Facebook

Segwijna fuq Spotify