Jitkompla l-Progett ta' Tisbih u Manutenzjoni tal-Kazin

Soċjeta Mużikali Peace A.D. 1862 - Naxxar

Is-Socjeta' taghna kompliet il-Progett ta' Tisbih u Manutenzjoni fil-kazin. Il-bierah tlestit il-'pantry' tal-kazin li tintuza bhala kcina ghal attivitajiet kollha li ttella s-Socjeta' fosthom ikliet, Programmi Muzikali, laqghat u l-attivitajiet kollha tas-Socjeta' li jittellaw fis-Sala Marija Bambina. Ghalhekk ma setax jonqos li bhala Socjeta', niehdu hsieb li naghmlu t-tibdil mehtieg. Ix-xoghlijiet f' din il-pantry kienu bosta, fosthom tibdil tal-madum, 'appliances' godda, sistema ta' gass, dawl u ilma gdida. Minn hawnhekk ma nistawx ma nirringrazjawx mill-qalb lill dawk il-membri u partitarji li taw sehmom f'dan il-progett fosthom lid-direttur tal-kazin, is-Sur Mario Bonavia. GRAZZI tal-hin, u d-dedikazzjoni taghkom lejn is-Socjeta' taghna.


Kull min huwa nteressat biex jikri s-sala Marija Bambina ghal xi funzjoni, huwa gentilment mitlub javvicina lis-Segretarju tas-Socjeta' jew tibghatu email fuq info@bandapeacenaxxar.com

 

L-aħħar aġġornament sar nhar: Il-Ħadd, 14 ta’ Awwissu 2016