L-Abozzi tal-Armar tad-drapp tas-Soċjeta' - Ħidma u Dedikazzjoni kontinwa

Soċjeta Mużikali Peace A.D. 1862 - Naxxar

Hekk kif forsi stajtu tinnutaw, din il-gimgha gew mwahhla zewg xoghlijiet godda gewwa l-OTTO Clubhouse. Dawn huma abbozzi tal-armar tad-drapp li jintrama fil-Festa. Dan ix-xoghol dettaljat sar mis-Sur Edward Azzopardi, membru attiv tas-Socjeta’ taghna. Id-disinn ta' dawn l-abbozzi huwa kollu maqtugh fil-karti ta' kulur isfar. Wara gew sfumati u mwahhla fuq pannu ahmar u blu.

Minbarra dawn ix-xogholijiet li gew esebiti minn din il-gimgha, l-istess artist ghamel bosta xogholijiet ohra ghal kazin fosthom abozzi tal-armar tal-Festa 'engraved' fil-hgieg. Dan ix-xoghol jinsab fis-sala tal-Kumitat fl-istess kazin. Is-Sur Edward Azzopardi ddedika hafna hin sabiex dawn ix-xogholijiet setaw johorgu daqshekk ddettaljati u professjonali. F'isem is-Socjeta' nixtiequ nirringrazzjaw lil Edward tax-xoghol kollu li ghogbu jghamel volontarjament sabiex nibqaw nsebbhu dan il-Palazz fil-Pjazza tan-Naxxar.

 

L-aħħar aġġornament sar nhar: Il-Ġimgħa, 8 ta’ April 2016