Id-Disa' u l-aħħar Sibt tal-Bambina

Soċjeta Mużikali Peace A.D. 1862 - Naxxar

Ninsabu fid-disa' u l-ahhar Sibt tal-Bambina, tlett ijiem biss il-boghod mill-Festa tant ghaziza ghalina n-Naxxarin. Il-Banda Peace tistiednek tkun maghha ghal aktar servizz ghal qalb in-Naxxarin, il-Purcissjoni ta' Marija Bambina.

Huwa ta' unur ghal Banda taghna li ta' kull sena waqt il-purcissjoni takkumpanja l-istatwa artistika u devota ta' Ommna Marija Bambina b'daqq ta' innijiet Marjani.
 
Nixtieq ukoll nistednikhom sabiex tinnghaqdu maghna llejla waqt il-marc tal-5 ta' Settembru fejn il-Banda Peace ser tkun qieghda ddoqq marci brijjuzi mat-toroq Naxxarin u tispicca bi brijju kbir u sorprizi fil-pjazza. Illejla ser tizzanzan sorpriza sabiha hafna fil-pjazza f'gheluq il-marc. Nistedinkom tattendu.
 
F'ismi u f'isem il-membri kollha tal-Kumitat Centrali u Kummissjonijiet nixtiequ nawguraw il-Festa t-Tajba lin-Naxxarin kollha b'mod specjali lill-dawk kollha li ma jistawx jinnghaqdu maghna f'din il-Festa habba ragunijiet ta' sahha. 
L-aħħar aġġornament sar nhar: Is-Sibt, 5 ta’ Settembru 2015