Ninsabu xahar il-boghod mill-marc popolari taghna, il-marc tat-tieni jum tat-Tridu fejn sena wara ohra dejjem qieghed johloq atmosfera' sabiha b'modd specjali fil-pjazza. Dan il-marc jibda propju minn quddiem il-kappella ta' San Gakbu u jibqa niezel lejn il-pjazza fejn umbat idur mat-toroq principali tan-Naxxar u jispicca fil-pjazza bil-brijju sabih li jafu jaghmlu l-partitarji tas-Socjeta'. F'dan il-marc dejjem jispikka l-element zghazugh tas-Socjeta'. Din is-sena propju fl-2015 qieghdin niccelebraw l-20 sena mit-twaqqif tal-Kummissjoni Zghazagh. Matul dawn l-20 sena sar hafna xoghol minn din il-Kummissjoni ferm ghal qalb il-partitarji taghna fosthom s-sorprizi li propju zzanznu fil-5 ta' Settembru waqt dan il-marc tat-Tieni jum tat-Tridu fosthom: L-imrewha, l-Armi, il-Fjura, il-Bandiera u aktar. Tajjeb nghidu li din il-Kummissjoni apparti x-xoghol li jsir fil-Festa tahdem hafna wkoll sabiex jingabru fondi matul is-sena billi torganizza attivitajiet, wirjiet, Cenaklu Haj, u fund activities biex bil-fondi li jingabru jutillizawom fis-sebh u rinovar ta' xoghol fil-Kazin u fl-armar tas-Socjeta'. Matul dawn l-ahhar 20 sena, din il-Kummissjoni hadet hsieb progetti mportanti fis-Socjeta' fosthom l-iskavar tal-kantina, l-parapett u r-restawr tal-Faccata tal-kazin.
Nixtiequ nistiednu lill-partitarji taghna u dawk godda li jixtiequ jissiebhu maghna sabiex jattendu ghall-attivitajiet li ser jigu organizzati qabel il-Festa u fil-granet tal-Festa sabiex jerga jkollna Festa ohra sabiha bhal ma kellna fis-snin precedenti. Fl-ahhar u mhux l-anqas nixtieq nistieden lill kullhadd specjalment lill-partitarji kollha taghna sabiex jattendu ghal aktar marc originali u popolari fin-Naxxar specjalment ghal-partitarji taghna, il-marc tal-5 ta' Settembru.
Narawkom.
Viva l-Ewwel Banda Naxxarija
Dissinn tal-Poster: Edward Azzopardi
L-aħħar aġġornament sar nhar: L-Erbgħa, 5 ta’ Awwissu 2015