Ir-Raba' Sibt tal-Festa ta' Marija Bambina

Soċjeta Mużikali Peace A.D. 1862 - Naxxar

Illum is-Sibt 1 t' Awwissu huwa propju r-raba' Sibt tal-Bambina, u llum nixtiequ nfakkru l-450 sena anniversarju mit-tmiem tal-Assedju l-Kbir. Fuq il-poster ta' din il-gimgha hemm ftit mill-punti ewlenin li jikkoncernaw il-Festa tal-Vitorja u l-istorja kbira u sabiha tal-Banda taghna. Fl-1885, propju 130 sena ilu, l-Banda Melita (illum il-Banda Peace), daqqet gewwa l-Belt Valletta fl-ewwel tifkira tal-Assedju l-Kbir u skond ricerki estensivi fl-istorja ta' dan l-avveniment sibna dokumenti li juru li l-banda taghna dakinhar giet rikkonoxuta bhala l-Banda Nazzjonali. Nheggigkom sabiex tiehdu kopja tal-Programm tal-Festa tas-Socjeta' Muzikali Peace - 2015 ghaliex hemmhekk ser issibu artiklu miktub mis-sur Edward Azzopardi mimli informazzjoni u ritratti fuq dan l-avveniment storiku u mportanti f'pajjizna.

Nixtieq nheggeg lin-Naxxarin kollha specjalment lill-partitarji tal-Banda Peace sabiex ittellghu l-bnadar u jixghelu t-tubi u globi taghhom.

 
L-aħħar aġġornament sar nhar: Is-Sibt, 1 ta’ Awwissu 2015


A Night At The Movies II - 22.11.2025 - BOOK TICKETS NOW
A Night At The Movies II - 22.11.2025

Aħbarijiet Riċenti

Tagħlim tal-Mużika mall-Banda Peace

Għafas fuq il-buttuna t'hawn taħt sabiex tirreġistra għal tagħlim tal-mużika professjonali minngħajr ħlas.

Wara li tirreġistra, s-Soċjeta' Mużikali Peace ser tikkuntatjak fuq id-dettalji li tkun għadek kemm irreġistrajt bihom.

Ħajr lil

Segwijna fuq Facebook

Segwijna fuq Spotify