Wasal it-Tielet Sibt tal-Festa ghaziza taghna ta' Marija Bambina, u f'dan is-Sibt nixtieq infakkarkom fl-innawgurazjoni tal-irhama l-gdida bl-isem tas-sede tas-Socjeta' Muzikali Peace, PALAZZO VITTORIA li kienet saret fl-ewwel ta' Settembru 2014. Din l-irhama twahhlet mal-faccata principali tal-kazin fejn qieghda tidgawda minn kull min izur is-sede taghna u l-pjazza tan-Naxxar.
Minn hawnhekk nixtieq nheggeg lin-Naxxarin kollha specjalment lill-partitarji tal-Banda Peace sabiex ittellghu l-bnadar taghhom u jixghelu t-tubi u l-globi taghhom.
L-aħħar aġġornament sar nhar: Il-Ġimgħa, 24 ta’ Lulju 2015