Issa kif qieghed joqrob zmien il-Gimgha Mqaddsa, l-Kummissjoni Zghazagh fi hdan is-Socjeta' Muzikali Peace ser jergaw ittellghu zewg rapprezentazzjonijiet tac-Cenaklu Haj fin-Naxxar nhar Hamis ix-Xirka u nhar il-Gimgha l-Kbira. Il-Kummissjoni Zghazagh din is-sena qeghda ticcelebra l-20 sena mit-twaqqif taghha u hadet l-inizjattiva li ghat-tieni sena konsekuttiva ttella' din ir-rapprezentazzjoni b'mod volontarju ghal pubbliku li hu mistieden jattendi ghaliha fiz-zmien il-Gimgha Mqaddsa. "DEMMI LI JIXXERRED GHALIKOM" hija t-tema maghzula ghal din is-sena ghal Wirja u rapprezentazzjoni Hajja tal-ahhar ikla ta' Sidna Gesu' Kristu li se ssir fil-kantina tal-kazin.
Il-personnaggi kollha li jiehdu sehem fic-Cenaklu Haj huma kollha membri, dillettanti u hbieb ta' din is-Socjeta' li jqattaw hafna hin jippreparaw b'numru ta' rehersals u preparamenti ohra sabiex ir-rapprezentazzjoni u l-ambjent tal-kantina jkun ta' livell gholi. Dan kollhu jsir b'modd volontarju u minn hawnhekk f'isem il-Kumitat Centrali nixtieq nirrangrazzja lill dan l-individwi kollha ghal hin u d-dedikazzjoni kollha taghhom.
Il-Hinijiet tar-Rapprezentazzjoni tac-Cenaklu Haj ser isiru:
Hamis ix-Xirka: 8:00pm - 11:00pm
Gimgha l-Kbira: 9:00am - 12:00pm
Kull Rapprezentazzjoni tiehu madwar 20 minuta.
Fl-istess kazin wiehed ser ikun jista jammira wkoll is-Sepurklu armat fil-kappella tal-kazin u diversi simboli ohra marbuta mat-tema tal-Gimgha Mqaddsa.
Minnbarra ic-Cenaklu Haj, fil-kazin ser tkun ghaddejja wirja ohra mill-isbah fis-Sala Marija Bambina marbuta mat-tema tal-Gimgha Mqaddsa. Il-wirja tiftah f'dawn il-granet:
Fost il-Gimgha: 5:30pm - 8:00pm
F'Hadd il-Palm: 8:30pm - 12:00am
Il-Wirja ser tkun miftuha kuljum mill-25 ta' Marzu sat-3 t' April 2015.
Inheggu lill-kullhadd specjalment lid-dillettanti kollha tal-Gimgha Mqaddsa sabiex izurul-kazin taghna.
Grazzi!
L-aħħar aġġornament sar nhar: Il-Ħamis, 12 ta’ Marzu 2015