Kif forsi diga tafu, din is-sena ser tigi nnawgurata statwa gdida ta' Kristu Rxoxt waqt il-purcissjoni tal-Ghid il-Kbir gewwa n-Naxxar. Din l-istatwa bhalissa qieghda tinhadem sabiex tilhaq tittlesta sa l-Ghid il-Kbir biex b'hekk tkun tista tibda titgawda minn-Naxxarin u dilettanti ohra waqt il-purcissjoni.
Din is-sena b'differenza mis-snin ta' qabel il-purcissjoni ser issir filghaxija minnflokk filghodu.
Din l-istatwa qieghda tigi mahduma mill-familja Camilleri Cauchi, Alfred u Aaron Camilleri Cauchi. L-istatwa l-gdida hi skolpita fl-injam u ilha tinhadem ghal din l-ahhar sena. L-istatwa waslet fl-ahhar fazi taghha, billi fadlila l-kisi bil-gibs u wara jsir il-process taz-zebgha biex johrog is-sabih taghha.
Il-vara ta' Kristu Rxoxt nhar il-Hadd 22 ta' Frar ser tkun esebita' f'Open Day fl-istudios ta' Camilleri Cauchi li jinsabu fi 15, Triq Wistin Levanzin, il-Fgura. Din l-esebizzjoni ser tiftah il-Hadd mid-9:00am sas 7:00pm.