Din is-sena hija wahda specjali ghal Kummissjoni Zghazagh u ghal kull membru u partitarju ta' din l-ewwel Socjeta' Naxxarija, propju ghaliex qeghdin infakkru l-20 sena mit-twaqqif ta din l-istess Kummissjoni. Kummissjoni li f'dawn is-snin twieldet u ffjorixxit bil-hidma taghha. Zghazagh hadu l-ewwel formazzjoni taghhom, tghalmu skopijiet godda li sawwruhom fi progetti jew anke xi sorpriza mal-marc. Kif miktub aktar 'l fuq din is-sena l-kummissjoni Zghazagh mal-kumplament tas-Socjeta' se jtellghu attivitajiet varji w specjali ghal okkazzjoni, xi progett ambizzjuz ma jistax' jonqos f'din is-sena hekk sabiha. Ghalhekk din is-sezzjoni theggeg lilkom sabiex tippartecipaw u tghinu mill-ahjar li tistghu f'kull ghajnuna li hemm bzonn sabiex nergghu infakkru anniversarju sabih fis-sena li ghandna quddiemna bl-GHAQDA, KURAGG U DETERMINAZZJONI.
Kummissjoni Zghazagh.
L-aħħar aġġornament sar nhar: Il-Ħadd, 11 ta’ Jannar 2015