Is-Socjeta’ Muzikali Peace turi soghba ghat-telfa tal-President Onorarju tas-Socjeta’ is-Sur John DeBono, li ghadda ghal hajja ta’ dejjem.
Is-Sur DeBono kien ilu bandist tas-Socjeta’ ghal zmien twil u kien ghadu jaghti servizz tieghu bhala bandist sal-llum il-gurnata. Serva wkoll fil-kariga ta’ President tas-Socjeta’. Is-Sur Debono minn ckunitu kien ihobb lis-Socjeta' Peace, tant u hekk li ilu l’fuq minn 60 sena fil-qalba tas-Socjeta' taghna, kemm bhala bandist kif ukoll bhala membru fil-Kumitat Centrali ghal diversi snin.
Filwaqt li naghtu l-ghomor lil familjari kollha tieghu, nirringrazzjaw lis-Sur DeBono tal-hidma kontinwa tieghu kemm bhala bandist kif ukoll bhala President. Is-sur John DeBono halliena, izda l-imhabba tieghu lejn is-Socjeta’ Muzikali Peace zgur li ser tibqa’ ta’ ezempju ghalina Ikoll.
Ghaziz Sur DeBono filwaqt li nsellmu l-memorji sbieh tieghek, nweghduk li ser nibqghu nghozzu l-frott tal-hidma tieghek fil-kazin ghal dejjem.
L-ahhar tislima lis-Sur John DeBono ser tinghata nhar il-Hamis fit-3:45pm b'korteo li jibda minn quddiem il-Kunsill Lokali, 21st Avenue street, Bakery street, St.Lucy Street sal-pjazza fejn hemmhekk jintlaqa ghal l-ahhar tislima quddiem il-kazin fejn umbat jispicca fil-Knisja Arcipretali Marija Bambina tan-Naxxar b'akkumpanjament tal-Banda Peace li tant hu kien ihobb. Il-quddiesa ser tibda fl-4:30pm fil-Knisja Arcipretali Marija Bambina tan-Naxxar.
Aghtih O Mulej il-mistrieh ta' dejjem ....
L-aħħar aġġornament sar nhar: L-Erbgħa, 1 ta’ Ottubru 2014