Suċċess ieħor mis-Surmast tas-Soċjeta' Mro Lino Pirotta ġewwa Pariġi

Soċjeta Mużikali Peace A.D. 1862 - Naxxar

Is-Surmast Direttur taghna Mro.Lino Pirotta, dan l-ahhar kien mistieden gewwa Parigi sabiex jghati Kuncert bil-Klarinett.


L-Ambaxxata ta’ Malta gewwa Franza iccelebrat il-45 Anniversarju mill-Indipendenza ta’ Malta, fil-Prezenza tal-Ministru ta’ l-Edukazzjoni, Kultura, Zghazagh u Sport, l-Onorevoli Doloresa Cristina fit-22 ta’ Settembru 2009.


Il-Festi ghalqu b’Kuncert ta’ Muzika Klassika Kontemporanja sublimi gewwa l-Muzew famuz ta’ Les Invalides fic-centru ta’ Parigi; taht il-Patrocinju tal-Ministru Dolores Cristina.  Il-Klarinettista Naxxari taghna Lino Pirotta, flimkien mal-pjanista Tricia Dawn Williams u l-vjolinista Tatjana Chircop sahhru s-Sala ppakjata tal-Gran Salon tal-Muzew b’daqq ta’ livell gholi u professjonali ghall-ahhar.  Fost il-mistednin distinti ghal dan il-Kuncert kien hemm il-Princep Charles Napoleon; il-President ta’ l-ghaqda Franciza ta’ l-Ordni ta’ Malta Mr Dominique de la Rouchefoucauld Montbel; is-Senatur Esther Sittler, membri eletti, id-Direttur/Pjanista Brian Schembri; Ufficjali tal-Ministeri, Konsli Onorarji u Maltin fi Franza.


Il-Programm tal-Kuncert kien koordinat minn Karl Fiorini, Kompozitur zghazugh li jghix gewwa Parigi.  Tlett kompozizzjonijiet ta’ dan il-bravu kompozitur gew esegwit f’din il-lejla, fejn Lino Pirotta esegwixxa Noli u City of Lost Chances ghall-Klarinett u pjanu, u fl-ahhar inghaqad mal-Vjolin, sabiex taw prestazzjoni mill-aqwa tat-Trio Lamina; xoghol li rebbah lil Karl Fiorini l-ewwel premju f’konkors gewwa Boston fl-2005.  Fost xogholijiet ohra Lino daqq is-Sonata ta’ Hindemith, Four Greek Songs ta’ Charles Camilleri u Duo Concertant ta Darius Milhaud.


F’kelmtejn waqt l-Intervall l-Ambaxxatur ghal Malta Mark Miggiani hassu kburi li dawn il-Muzicisti gejjin minnn Malta, filwaqt li d-Direttur tal-Muzew, il-General Bresse irringrazzja lill-Ambaxxata u qal li hassu onorat bil-livell gholi tal-Muzika esegwita f’dan il-Kuncert.


Filwaqt li nhossuna kburin bil-prestazzjoni ta’ Lino ghax huwa Surmast Direttur u prodott tal-Banda Peace, ta’ min isemmi li l-provi ta l-ahhar ghal dan il-Kuncert saru gewwa l-Kazin taghna.  Dan jirrifletti l-impenn kontinwu tas-Socjeta Peace lejn il-Muzika.

 

Hajr ukoll lill-Oliver Degabriele, li huwa l-fotografu tal-Ministeru gewwa Parigi.

L-aħħar aġġornament sar nhar: Il-Ħadd, 10 ta’ Jannar 2010


A Night At The Movies II - 22.11.2025 - BOOK TICKETS NOW
A Night At The Movies II - 22.11.2025

Aħbarijiet Riċenti

Tagħlim tal-Mużika mall-Banda Peace

Għafas fuq il-buttuna t'hawn taħt sabiex tirreġistra għal tagħlim tal-mużika professjonali minngħajr ħlas.

Wara li tirreġistra, s-Soċjeta' Mużikali Peace ser tikkuntatjak fuq id-dettalji li tkun għadek kemm irreġistrajt bihom.

Ħajr lil

Segwijna fuq Facebook

Segwijna fuq Spotify