Is-Socjeta Muzikali Peace b'soghba u b'dispjacir kbir thabbar il-mewt ta' Salvu Abela maghruf ahjar bhala Salvu tal-"crane". Nhar is-Sibt 4 ta' Jannar, il-Mulej ghogbu jsejjah lill-habib taghna Salvu.
Salvu Abela kien benefattur u socju kbir tas-Socjeta' u kull meta kelna bzonn l-ghajnuna tieghu dejjem sibnih ghal kazin taghna u ghal kull ghaqda tar-rahal.
Is-Socjeta' Muzikali Peace tixtieq sselimlek u tirringrazjak mill-qalb Salvu tax-xoghol kollhu li ddedikajt lejn is-Socjeta taghna u r-rahal ghaziz taghna tan-Naxxar, kif ukoll tixtieq taghti l-kondoljanzi lill-familja Abela.
Strieh fil-paci u s-sliem habib! Cert li ser tibqa fil-qlub ta' hafna Naxxarin inkluz f'taghna!
Dettalji fuq il-Funeral
Il-Funeral sar nhar it-Tlieta fit-3:30pm b'korteo minn fejn il-Kunsill Lokali sal-knisja fit-3:00pm. Iz-zewg baned tar-rahal, l-banda Peace u l-banda Vittorja nnghaqdu flimkien bhala banda wahda sabiex jaghtu l-ahhar tislima lil dan il-bniedem li tant kellu ghal qalbu r-rahal taghna tan-Naxxar.
Ritratti tal-Funeral: http://bandapeacenaxxar.com/galleryitems.aspx?id=234
Ir-ritratt ta' Salvu Abela mehud minn fuq facebook.
L-aħħar aġġornament sar nhar: Il-Ħamis, 16 ta’ Jannar 2014