Tislima lill Dun Alwiġ Camilleri

Soċjeta Mużikali Peace A.D. 1862 - Naxxar

Dun Alwig Camilleri (1922 - 2013) gie ordnat sacerdot flimkien ma' Dun Anton Sciberras u Dun Guzepp Sammut fl-1947 fil-Kon-Katidral ta' San Gwann mill-Arcisqof Mikiel Gonzi. Serva bhala Vici Arcipriet, Prokuratur tal-Festi Esterni ta' Marija Bambina u tal-Qalb ta' Gesu'. Bl-inizjattiva tieghu saret il-grada tal-hadid tal-Altar Maggur, iz-zebgha u l-indoratura tal-Knisja kollha, u r-restawr u l-indoratura tal-istatwa Titulari. Ghadda 30 sena jghallem fl-iskola primarja tan-Naxxar u 40 sena bhala Rettur tal-Jnisja tal-Madonna tal-Abbandunati tal-Wardija. Serva wkoll bhala Direttur Spiritwali tal-Peace Band Club, li taghha kien ukoll Socju Onorarju. Nhar il-Hadd, 1 ta' Settembru thabbret il-mewt ta' dan is-sacerdot benefattur tan-Naxxar u tas-Socjeta' taghna, fl-eta' ta' 91 sena. 

Ir-ritratti juru l-attivita' li saret f'gieh Dun Alwig, fl-okkazjoni tas-60 sena mill-ordinazzjoni tieghu, fil-Kazin tal-Peace nhar is-17 ta' Lulju, 2007.

L-aħħar aġġornament sar nhar: It-Tlieta, 3 ta’ Settembru 2013


A Night At The Movies II - 22.11.2025 - BOOK TICKETS NOW
A Night At The Movies II - 22.11.2025

Aħbarijiet Riċenti

Tagħlim tal-Mużika mall-Banda Peace

Għafas fuq il-buttuna t'hawn taħt sabiex tirreġistra għal tagħlim tal-mużika professjonali minngħajr ħlas.

Wara li tirreġistra, s-Soċjeta' Mużikali Peace ser tikkuntatjak fuq id-dettalji li tkun għadek kemm irreġistrajt bihom.

Ħajr lil

Segwijna fuq Facebook

Segwijna fuq Spotify