Il-President u l-Kumitat, f’isem is-Socji u Bandisti tal-Peace Band Club, jixtiequ jsellmu t-tifkira tal-Kavallier Gorg Bianchi, li halliena ghall-gharrieda nhar il-Gimgha, 19 ta’ Lulju fl-eta ta' 68 sena. Gorg Bianchi kien ghal diversi snin bandist mall-Banda taghna u kiteb kemm-il innu u sunnet ghall-ktieb tal-festa tas-Socjetà. Kien Qormi Gorgjan, izda l-versi tieghu jixhdu devozzjoni u mhabba liema bhala lejn Marija Bambina meqjuma fil-Knisja Parrokkjali taghna. Ninsabu onorati li lahaq ghaddielna innu mill-isbah li ha jigi ppublikat fl-edizzjoni li jmiss tal-ktieb tal-festa. Nixtiequ nibaghtu l-kondoljanzi sincieri lill-familja Bianchi ghat-telfa li garrbu.
Aghtih O Mulej il-Mistrieh ta' Dejjem. Jistrieh fil-Paci. Amen
L-aħħar aġġornament sar nhar: L-Erbgħa, 24 ta’ Lulju 2013