Ħidma Kontinwa miż-Żgħażagħ u Helpers tas-Soċjeta', għall-okkażjonijiet tal-Milied

Soċjeta Mużikali Peace A.D. 1862 - Naxxar

Nixtieq f'isem is-Socjeta' nirringrazja liz-zghazagh u helpers kollha li qeghdin jaghtu l-kontribut taghhom f'din il-hidma kontinwa li qeghda ssir fil-Kazin. Nhar is-Sibt 5 ta'Dicembru, grupp ta' zghazagh tas-Socjeta' taghna nghaqdu flimkien u ffurmaw team biex jiehdu sehem fit-Tournament li organizza l-Kunsill Lokali biex jingabru fondi ghall-Puttinu Cares. Is-Socjeta' taghna ma setatx tonqos biex tattendi ghall-attivitajiet bhal dawn ghaliex ahna dejjem lesti biex nghinu lill dawk inqas ixxurtjati minnha.

Dakinhar stess, il-Kummissjoni Zghazagh flimkien maz-zghazagh attivisti tas-Socjeta , lestejna r-'recordings' tal-PA System sabiex jindaqqu u jferrhu lill minn qieghed jismaghhom f'dawn il-granet tal-Milied. Nixtieq nahtaf l-okkazjoni biex nirringrazzja lill dawk lis-sponsors kollha li qeghdin jaghtu l-kontribut taghhom.

Imma dan mhux kollox.... Dakinhar stess kienet ghadha ghaddejja l-hidma serja u profesjonali fuq il-Presepju Mekannizat li qieghed jinhadem miz-Zghazagh attivisti ta' l-istess Socjeta'. Nistedinkom biex tigu zzuru l-presepju mit-13 ta'Dicembru l-quddiem, halli taraw il-kapulavur shih li qieghed isir fil-Kantina tal-Kazin. Iz-Zghazagh ta' l-istess Socjeta, ma hasbux biss biex jipreparaw Presepju Mekkanizat biss, imma wkoll preparaw bosta Presepji mdaqqsa li qeghdin jinbieghu bi prezz ragonevoli hafna.  Ma nistax ma nsemmix ukoll dawk iz-Zghazagh kollha, li qeghdin jaghtu l-ghajnuna taghhom fuq l-armar tal-Faccata biex jintrama ghall-dawn il-granet wisq sbieh tal-Milied. Tajjeb nghidu, li l-armar tal-Faccata ser jibda jintrama ghada biex fit-13 ta'Dicembru , tinxteghel ghall-ewwel darba u bhall-dejjem issebbah pjazza bil-movimenti taghha.

Jekk hawn xi zghazagh u jixtiequ jinnghaqdu maghna biex flimkien maz-zghazagh prezenti jahdmu ghall-gid tas-Socjeta jibghatu email fuq: info@bandapeacenaxxar.com jew inkella javicinawna. Nixtieq ghall-darba ohra nirringrazja liz-Zghazagh tas-Socjeta' ghall dan kollhu li qeghdin jaghmlu.

Nistieden lill-kullhadd biex jigi jzur il-presepju mekkanizat , kif ukoll jattendi ghall-dawn l-attivitajiet kollha li qeghdin isiru f'dawn il-granet tal-Milied li nhadmu u ntramaw kollha mit-talenti kbar li ghandna fil-Kazin!


Proset u Grazzi,

Kevin Agius

Webmaster

L-aħħar aġġornament sar nhar: It-Tnejn, 7 ta’ Diċembru 2009


A Night At The Movies II - 22.11.2025 - BOOK TICKETS NOW
A Night At The Movies II - 22.11.2025

Aħbarijiet Riċenti

Tagħlim tal-Mużika mall-Banda Peace

Għafas fuq il-buttuna t'hawn taħt sabiex tirreġistra għal tagħlim tal-mużika professjonali minngħajr ħlas.

Wara li tirreġistra, s-Soċjeta' Mużikali Peace ser tikkuntatjak fuq id-dettalji li tkun għadek kemm irreġistrajt bihom.

Ħajr lil

Segwijna fuq Facebook

Segwijna fuq Spotify