Jingħataw €25,000 lis-Soċjeta' Mużikali Peace

Soċjeta Mużikali Peace A.D. 1862 - Naxxar

Nhar l-Erbgha 6 ta' Marzu 2013, inghatat donazzjoni ta' €25,000 mill-fond tal-kawzi gusti. Dawn il-fondi nnghataw lis-Socjeta' taghna sabiex jintuzaw biex it-taghlim tal-muzika tal-banda jkun jista' jibqa' jinghata b'xejn lill-bandisti u lill-alljievi prezenti u dawk kollha li jaghzlu li jidhlu f'din is-Socjeta' Muzikali tant ghall-qalb in-Naxxarin. L-eks Ministru Tonio Fenech irrimarka li l-kuncett tal-Fond tal-kawzi gusti hu dak li jaghti appogg lil dawn l-ghaqdiet u socjetajiet biex jeghlbu kemm jista' jkun il-problema relatata ma' finanzi, fil-progetti li jkunu ser jwettqu u jkomplu jimxu 'l quddiem bil-ghan li joholqu gid akbar fil-lokalita' tan-Naxxar. 

Wiehed ma jridx jinsa li kieku ma kinitx ghall-hidma ta' dawn l-ghaqdiet u socjetajiet fil-lokalitajiet taghna, kieku numru ta' affarijiet ma jsirux specjalment dawk relatati mall-festi. Meta toqrob il-festa wiehed jinnota ghexieren ta' persuni jarmaw il-faccati tal-kazin, l-armar fit-toroq u d-dawl bil-ghan li jkollhom l-aqwa festa fir-rahal. Dan kollu jsir fuq bazi personali u volontarjat tant li kieku wiehed kellu jhallas lill kull persuna tas-sieghat li jaghmel kemm matul il-festa kif ukoll matul is-sena, fi preparamenti u materjal din l-ispiza tkun tant gholja li wiehed ma jkunx jista' jhallasha u jasal biex jaqta' hafna minn dawn l-karatterstici lokali. 
 
Is-Socjeta' Muzikali Peace jorganizzaw kuncerti b'xejn ghall-pubbliku lokali biex barra li jesponu t-talent intern li ghandhom, iwasslu biex anke jigi ggenerat kummerc intern b'mijiet ta' nies li jigu jzuru l-irhula taghna specjalment matul il-festa. 
 
Dan kollhu jwassal biex l-gharfien kulturali, socjali u dak kummercjali jkompli jikber fost dawk li jzuru r-rahal taghna permezz tal-hidma volontarja li jaghmlu parti minn dawn l-ghaqdiet.
 
Is-Socjeta' Muzikali Peace ta' kull sena, relatata mall-Gimgha l-Kbira ,torganizza wirja tal-Ahhar Cena fil-kazin stess, wirja li ta' kull sena tigbed ghexieren ta' Naxxarin u barranin biex jarawha.
 
 
 
Hajr lill-kunsillier Naxxari, Clinton Sammut ta' l-artiklu nteressanti li ppublika fuq il-gazzetta tan-Nazzjon ta' nhar it-Tlieta 12 ta' Marzu 2013. Din l-infurmazzjoni t'hawn fuq giet ibazzata fuq l-imsemmi artiklu.
L-aħħar aġġornament sar nhar: It-Tlieta, 12 ta’ Marzu 2013


A Night At The Movies II - 22.11.2025 - BOOK TICKETS NOW
A Night At The Movies II - 22.11.2025

Aħbarijiet Riċenti

Tagħlim tal-Mużika mall-Banda Peace

Għafas fuq il-buttuna t'hawn taħt sabiex tirreġistra għal tagħlim tal-mużika professjonali minngħajr ħlas.

Wara li tirreġistra, s-Soċjeta' Mużikali Peace ser tikkuntatjak fuq id-dettalji li tkun għadek kemm irreġistrajt bihom.

Ħajr lil

Segwijna fuq Facebook

Segwijna fuq Spotify