Jinħatar il-Kumitat Ċentrali għas-sentejn li ġejjin

Soċjeta Mużikali Peace A.D. 1862 - Naxxar

Nhar il-Hadd 24 ta' Frar filghodu waqt is-Seduta Generali gew diskussi punti nteressanti hafna kif ukoll gie mahtur il-Kumitat Centrali ghas-sentejn li gejjin. Is-socji prezenti approvaw lill-Dr. Martin Fenech bhala l-President tas-Socjeta', lill-Mariella Chetcuti bhala kaxxiera kif ukoll gie elett is-sur Matthew Pullicino bhala Segretarju Generali ghas-sentejn li gejjin. Minn hawnhekk nixtieq nahtaf l-opportunita' sabiex f'isem is-Socjeta' Muzikali Peace nirringrazja minn-qalbi lis-sur Walter Amato tax-xoghol siewi li ghamel ghall din is-Socjeta' ferm ghall-qalbu. Is-sur Walter Amato wera' x-xewqa li jkompli jservi fil-Kumitat Centrali bhala membru flimkien mas-sur Edward Azzopardi, is-sur Mario Bonavia u s-sur Joseph Buhagiar. Is-sur Anthony Cauchi gie elett bhala direttur Banda u s-sur Danilo Muscat gie elett bhala Direttur Zghazagh.

Minn hawnhekk nixtieq nawgura lill-membri kollha tal-Kumitat Centrali kull success fil-hidma taghhom lejn din is-Socjeta'.

 

Hajr lill-Reuben Seychell Photography tar-ritratt (Kunsill Lokali Naxxar) fejn juri lill-Matthew Pullicino jaghti d-donazzjoni b'risq ghall-'Community Chest fund' lill-President ta' Malta George Abela waqt iz-zjara tieghu fil-kazin taghna nhar il-Hadd 2 ta' Settembru. 

 
L-aħħar aġġornament sar nhar: L-Erbgħa, 27 ta’ Frar 2013


A Night At The Movies II - 22.11.2025 - BOOK TICKETS NOW
A Night At The Movies II - 22.11.2025

Aħbarijiet Riċenti

Tagħlim tal-Mużika mall-Banda Peace

Għafas fuq il-buttuna t'hawn taħt sabiex tirreġistra għal tagħlim tal-mużika professjonali minngħajr ħlas.

Wara li tirreġistra, s-Soċjeta' Mużikali Peace ser tikkuntatjak fuq id-dettalji li tkun għadek kemm irreġistrajt bihom.

Ħajr lil

Segwijna fuq Facebook

Segwijna fuq Spotify