CD ĠDIDA ta' Marċi Funebri mill-Banda Peace

Soċjeta Mużikali Peace A.D. 1862 - Naxxar

CD gdida ta' Marci Funebri, kompozizzjoni ta' Muzicisti tal-Banda Peace tan-Naxxar. Uhud mill-marci jihduna lura 130 sena u huma unici ghaliex huma kompozizzjoni tal-banda taghna.

 

Nhar il-Hadd 17 ta’ Frar 2013 l-Ghaqda Muzikali Peace tan-Naxxar se tkun qieghda tniedi CD gdida b’marci funebri taht l-isem ‘Fiat Voluntas Tua’. Din is-CD fiha tnax il-marc funebru, sitta minnhom inkitbu minn surmastrijiet li sfortunatament m'ghadhomx maghna imma li hadmu ghal-banda. Dawn il-marci antiki inkitbu lejn tmiem is-seklu dsatax u l-bidu tas-seklu ghoxrin. Is-CD tinkludi muzika ta' Vincenzo Carabott li tmur lura ghall-1878 u l-1880 meta kien surmast tal-Banda, Giuseppe Micallef li kien surmast bejn l-1884 u l-1890, Gavino Camilleri li kien surmast bejn l-1892 u l-1914, Vittorio Scerri li kien surmast bejn l-1902 u l-1917, Ferdinando Camilleri li kien surmast bejn l-1917 u l-1922, Giuseppe Busuttil li kien surmast bejn l-1930 u l-1944 u Salvatore Schembri li kien surmast bejn l-1944 u l-1969.

Fost is-sitt marci kontemporanji insibu dawk tas-Surmast Direttur taghna Mro. Lino Pirotta. Insibu wkoll zewg marci miktubin minn zewg muzicisti bravi tal-banda taghna, Ryan Cauchi u Kyle Pirotta.

 

Lista ta' Marci:

1.  In Memory of Mario Bugeja: LINO PIROTTA - Surmast Direttur (1991)

2.  In Memory of my Grandfather Censu Grech

3.  Veronica: RYAN CAUCHI - Bandist (2001)

4.  Tifkira lill-Membri Mejtin tul dawn il-150 Sena: KYLE PIROTTA - Bandist (2003)

5.  Notturno: VINCENZO CARABOTT - Surmast Direttur (1878-1880)

6.  Marcia Funebre No. 1: GIUSEPPE MICALLEF - Surmast Direttur (1884-1890, 1894)

7.  Alla Memoria del Marchese G. Scicluna (1907): GAVINO CAMILLERI - Surmast Direttur (1892-1894,1904-1914)

8.  Fiat Voluntas Tua: VITTORIO XERRI - Surmast Direttur (1902-1904,1914-1917)

9.  Valle di Lacrime: FERDINAND CAMILLERI - Surmast Direttur (1917-1922)

10. Il XIX Centenario: KAV. GIUSEPPE BUSUTTIL - Surmast Direttur (1930-1944)

11. Alla Memoria di Mio Filgio: SALVATORE SCHEMBRI - Surmast Direttur (1944-1969)

12. Una Lacrima sulla Tomba di Johnny Chircop

13. Alla Memoria di Paolo Bugeja: LINO PIROTTA - Surmast Direttur (1991)

 

Dawn il-marci ser jindaqqu fil-publiku waqt il-Purcissjoni tal-Gimgha l-Kbira fin-Naxxar fejn ser ikunu jistghu jitgawdew minn nies tal-lokal u dawk kollha li jattendu. It-tnax il-marc li qatt ma gew irrekordjati qabel huma kollha ta' livell gholi. Huma vetrina tal-wirt sabih tal-Banda taghna u turija cara ta' kemm muzicisti kbar habbew lil din il-Banda u hadmu ghaliha matul dawn il-150 sena li ila mwaqqfa.

Grazzi specjali tmur ghas-Surmast direttur Mro. Lino Pirotta li jahdem maghna matul is-sena kollha b'impenn u dedikazzjoni. Awguri lill-muzicisti bravi li kitbu l-marci, taqtghux qalbkom u komplu kattru l-gid muzikali li hallew ta' qabilna.

Ghal dawk kollha li huma dilettanti tal-marci funebri, din hi CD li m'ghandhomx jitilfu. Tista’ tinxtara mill-kazin tal-Banda Peace tan-Naxxar.

Ic-CD ser tkun qieghda tinbiegh mill-bar tal-kazin ghall-prezz ta' €12.

Grazzi.

L-aħħar aġġornament sar nhar: Is-Sibt, 23 ta’ Frar 2013


A Night At The Movies II - 22.11.2025 - BOOK TICKETS NOW
A Night At The Movies II - 22.11.2025

Aħbarijiet Riċenti

Tagħlim tal-Mużika mall-Banda Peace

Għafas fuq il-buttuna t'hawn taħt sabiex tirreġistra għal tagħlim tal-mużika professjonali minngħajr ħlas.

Wara li tirreġistra, s-Soċjeta' Mużikali Peace ser tikkuntatjak fuq id-dettalji li tkun għadek kemm irreġistrajt bihom.

Ħajr lil

Segwijna fuq Facebook

Segwijna fuq Spotify