Presepju Mekkaniku fil-każin għall-Festi tal-Milied 2012

Soċjeta Mużikali Peace A.D. 1862 - Naxxar

Din is-sena l-helpers ta' din is-Socjeta', hadu hsieb li jtellaw presepju kbir fil-kantina tal-kazin. Dan il-presepju jirrikjedi hafna xoghol u sar kollhu b'modd volontarju mill-helpers u z-zghazagh ta' din is-Socjeta'. Bi pjacir kbir nixtieq nfakkarkom li dawn iz-zghazagh rebhu ghall-sentejn konsekuttivi l-ewwel post fil-kategorija tal-Presepji Mekkanici fil-kompetizzjoni Nazzjoni tal-Presepji, fejn l-ahhar presepju rebbieh kien propju fl-2010. 

Ghall sena ohra l-kantina tal-kazin ser tigi transformata f'xeni mill-isbah tal-Milied, fosthom il-presepju tradizzjonali tal-Milied li din is-sena ser jerga jkun taht id-direzzjoni tas-sur Louis Bugeja.

Nixtieq nheggeg lill-kullhadd sabiex jigi u jammira dan il-presepju ferm sabih li ghall sena ohra ser jkun miftuh ghall publiku mis-17 ta' Dicembru sas 6 ta' Jannar 2013. Fost il-gimgha ikun miftuh mill-5:00pm sat-8:00 , kif ukoll fil-Hdud u l-Festi mill-10:00 sa 12:00pm u mill-5:00pm sat-8:00pm. Id-dhul huwa b'xejn.

 

L-aħħar aġġornament sar nhar: L-Erbgħa, 28 ta’ Novembru 2012


1 
kevin g - naxxar
30 Diċembru 2012 10:13 PM
Prosit hafna lil kull min kien involut biex sar dan il presepju sabih specjalent lil louis u victor. Presepju iehorta livell gholi.