L-Erbgħa Mqaddes, fil-qalba tal-Ġimgħa Mqaddsa, jirrappreżenta wieħed mill-aktar mumenti intensi u mimlijin tifsira fit-tradizzjoni Nisranija. Magħruf ukoll bħala “L-𝐄𝐑𝐁𝐆𝐇𝐀 𝐓𝐀𝐓-𝐓𝐍𝐈𝐄𝐁𝐑𝐈” jew “L-Erbgħa tal-Ispiji”, peress li jfakkar fit-tradiment ta’ Ġuda li ftiehem mas-Sinedriju biex iwassal lil Ġesù bi tletin biċċa fidda.
Dan il-jum jimmarka l-bidu tal-Passjoni u huwa mument ta’ riflessjoni meditattiva bi tħejjija għat-Tridu tal-Għid, filwaqt li jistieden lill-fidili biex jimmeditaw fuq il-lealtà, l-indiema u l-ħtieġa tal-Fidwa.
It-terminu 'tniebri' ġej mill-kelma 'tenebre' bit-Taljan, li tfisser = dlam.
Artiklu miktub minn Isaac Cachia Bonavia.
Ritratt: Ħajr lill-Josmar Muscat Photography tar-ritratt
L-aħħar aġġornament sar nhar: L-Erbgħa, 1 ta’ April 2026