Nhar l-Erbgħa 25 ta' Frar, il-Membru tal-Kumitat responsabbli mill-armar, Anthony Deguara, attenda għaċ-ċerimonja tal-preżentazzjoni tal-premjijiet relatati mal-Kompetizzjoni Nazzjonali tal-Presepji.
F’din l-okkażjoni, is-Soċjetà Mużikali Peace, Naxxar ġiet onorata b’rikonoxximent prestiġjuż fis-sezzjoni tal-Aktar Post Addattat permezz tal-esebizzjoni artistika Christus Natus Est. Dan l-unur qed jiżdied mal-kollezzjoni estensiva ta’ suċċessi u rikonoxximenti li s-Soċjetà kisbet tul is-snin fil-qasam tal-attivitajiet marbuta mal-Milied.
L-aħħar aġġornament sar nhar: Il-Ġimgħa, 27 ta’ Frar 2026