Data tal-Attivita: Is-Sibt, 6 ta’ Settembru 2025
Nhar is-6 ta’ Settembru, fl-aħħar jum tat-Tridu, is-Soċjetà Mużikali Peace tistieden lil kulħadd jingħaqad magħha għall-marċ tradizzjonali. Il-Banda Peace tibda ddoqq marċi brijjużi fis-8:15pm minn quddiem is-sede tagħna fil-Pjazza. Il-marċ jgħaddi minn Vjal ix-Xogħol, Triq il-21 ta’ Settembru, Triq l-Imraden, Triq l-Imħalla, Triq il-Musbieħ, Triq il-Barrada, Triq l-Għenieq, u jerġa’ lura għal Vjal ix-Xogħol, biex imbagħad jispiċċa fil-Pjazza fost il-brijju u l-entużjażmu tal-partitarji. Dan is-servizz huwa rregalat lill-Festa mis-Soċjeta' tagħna.
Soċjetà Peace ft. Glen Vella
L-aħħar aġġornament sar nhar: It-Tnejn, 1 ta’ Settembru 2025