Data tal-Attivita: It-Tnejn, 1 ta’ Settembru 2025
Nhar it-Tnejn 1 ta' Settembru, is-Soċjeta' Mużikali Peace ser tilqa’ lill-membri, lill-bandisti u lill-mistiedna għar-Riċeviment Annwali. Din l-attività hija waħda importanti fil-kalendarju tagħna u sservi wkoll bħala opportunità biex jinġabru donazzjonijiet b’risq il-Festa Titulari.
Ir-Riċeviment ser isir nhar it-Tnejn, 1 ta’ Settembru 2025, mill-8:00pm ’il quddiem fil-Pjazza, quddiem il-Każin.
Il-membri u l-mistiedna huma mistiedna jikkonfermaw il-preżenza tagħhom billi jibagħtu email fuq segretarjat@bandapeacenaxxar.com jew inkella jikkuntattjaw fuq in-numru 79266106.
L-aħħar aġġornament sar nhar: It-Tlieta, 26 ta’ Awwissu 2025