Kelmtejn mis-Segretarju Ġenerali tas-Soċjeta, Walter Amato

Soċjeta Mużikali Peace A.D. 1862 - Naxxar

Gheziez hbieb,

Filwaqt li nerga nirringrazjakom ta' l-imgieba u responsabilta' li wrejtu fil-festa precedenti, is-Socjeta' qeghda tilqa' oppinjonijiet u suggerimenti minghandkom. Ghalkemm bhal ma tafu li certu decizzjonijiet dejjem jaqghu f'idejn is-Segretarju Generali, jien lest li nilqa' aktar kummenti , suggerimenti u xi idejat fejn nistghu intejbu l-organizzazjoni fi hdan is-Socjeta' taghna.  Jiena personali qieghed inheggigkom biex taghtu l-opinjonijiet taghkom rigward il-festa li ghadha kemm ghaddiet , kif ukoll fuq it-tmexxija tas-Socjeta' mid-dirigenti prezenti. Nixtieq ukoll nirringrazja ghall-kooperazjoni li kelna mal-puluzija specjalment mas-supretendent u l-ispettur tad-distrett.

Ibghatu s-suggerimenti , kummenti u oppinjonijiet taghkom  fuq dan l-indirizz elektroniku : info@bandapeacenaxxar.com

Grazzi,

Walter Amato

Segretarju Generali





 

L-aħħar aġġornament sar nhar: Il-Ġimgħa, 2 ta’ Ottubru 2009