Merhba,
Nilqak fis-site electroniku ufficjali tas-Socjeta' Muzikali Peace li jinsab fil-pjazza principali gewwa n-Naxxar.
Is-Socjeta' Peace ghandha storja ta’ aktar minn 147 sena fejn l-ewwel li sibna dokumentat kien fl-1862. Dan ipoggi lil Peace Band bhala wahda minn ta l-ewwel Baned f’Malta.
L-ghan principali minn dejjem kien li tinzamm Banda u jsir taghlim tal-Muzika u tippromovi attivitajiet muzikali kif ukoll tippromovi attivitajiet Edukattivi, Kulturali, Rikreattivi u Socjali. Dan kollu s-Socjeta' dejjem wetqitu bl’akbar dinjita’ li jisthoqlu.
Nistitnek biex tiehu idea zghira ta’ x’toffri din is-Socjeta' billi ddur dawra ma din is-site u nheggek li taghmel zjara lil Kazin taghna fejn joffri kenn ta’ mistrieh u rikreazjoni kif ukoll post fejn tista’ tiltaqgha ma hbieb fejn tghidu kelma f’ambjent familjari kif ukoll tista’ tqatta’ xi hin tghamel uzu mill-facilitajiet li joffri il-kazin taghna. Ma jonqosx li fil-Kazin isir taghlim tal-Muzika b’xejn kif ukoll rehearsal kemm fuq bazi individwali kif ukoll fi’ gruppi.
Minn zmien ghal zmien jigu organizzati attivitajiet minn xi wahda mis-sezzjonijiet tas-Socjeta' kemm ghal membri kif ukoll ghal dawk kollha interessati li jattendu .
Nittama li fi hdan is-Socjeta' taghna ssib xi haga li tolqot lilek u tissieheb maghna biex flimkien inkomplu inkabbru din is-Socjeta' u fl-istess hin inxandru l-kultura tal-muzika.
Insellimlek.
Carm Grech
L-aħħar aġġornament sar nhar: Is-Sibt, 5 ta’ Settembru 2009