Data tal-Attivita: Il-Ħadd, 10 ta’ Settembru 2023
Minħabba l-previżjonijiet instabbli tat-temp ġie deċiż li l-purċissjoni ta' Marija Bambina ser issir nhar il-Ħadd 10 ta' Settembru. Nhar il-Ħadd, il-Banda Peace fis-6:45pm bi privilleġġ kbir ser tkun qiegħda takkumpanja l-istatwa artistika u devota ta' Marija Bambina fil-purċissjoni bl-innijiet tant sbieħ u popolari man-Naxxarin. Xħin l-istatwa tasal fil-Pjazza, l-poplu huwa mħeġġeġ jieħu sehem fil-kant tal-innijiet waqt li l-Banda Peace ssellem lill-Bambina bl-Ave Maria tas-Surmast Gużeppi Fenech.
O Bambina - kollok glorja,
Bħal Reġina - inberkuk,
Biex tgħannina - bil-Vittorja,
Omm ħanina - nitolbuk.
L-aħħar aġġornament sar nhar: Il-Ġimgħa, 8 ta’ Settembru 2023